Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

It-Tieni Jum tat-Tridu – Jum il-Fratellanzi tal-Parroċċa

30/06/2022

Il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2022
It-Tieni Jum tat-Tridu – Jum il-Fratellanzi tal-Parroċċa
8.00am u 12.00pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti.
6.30pm Quddiesa kantata u konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. Onor. David Cilia u jipprietka l-W.R. Kan. Ryan Lee Pace u janima l-Kor Bażilika San Pawl.
Mistiedna l-fratelli fi ħdan il-Fratellanzi tal-Parroċċa. Wara tingħad il-Kurunella, jitkanta l-Innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
Waqt il-quddiesa ikun hemm is-servizz tal-qrar minn konfessuri fis-sagristija u fil-knisja ta’ San Publju.
8.15pm Wara l-barka jkun hemm ħruq ta’ murtali u murtaletti u kaxxa infernali.
9.00pm Marċ mill-Banda Konti Ruġġieru li jgħaddi minn dawn it-toroq: Ċaqgħi, Ferris, Kola Xara, Santa Marija, San Publju, Kulleġġ, Sant’ Antnin, Konti Ruġġieru, l-Isptar, Kbira, San Pawl, sal-Pjazza tal-Parroċċa. Fil-Pjazza tal-Parroċċa jsir spettaklu awdjoviżiv miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini u wara tittella’ l-istatwa tal-Konti Ruġġieru fuq il-Palk akkumpanjata bid-daqq tal-innu. Isegwi spettaklu ta’ nar fil-Pjazza tal-Parroċċa mtella’ miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini.

Details

Date:
30/06/2022
Shopping Basket