Avvizi

Avviżi
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 18 TA’ OTTUBRU 2026
Is-Sibt 17 t’Ottubru Il-Ħadd 18 t’Ottubru Id–disgħa u għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena u Jum il-Missjoni. Il-ġbir li ser isir matul is-Sibt u l-Ħadd ser

Avviżi
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ OTTUBRU 2026
Is-Sibt 10 t’Ottubru Il-Ħadd 11 t’Ottubru It-Tmienja u għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena. Ottubru x-xahar tar-Rużarju. • F’dan il-weekend fil-paroċċa tagħna ser ikun hawn xi

Avviżi
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 4 TA’ OTTUBRU 2026
Is-Sibt 26 ta’ Settembru Il-Ħadd 27 ta’ Settembru Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-Sena. Lejlet il-Festa ta’ Santa Katarina tad-Daħla. Fis-7:00pm issir quddiesa immexxija

Avviżi
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 27 TA’ SETTEMBRU 2026
Is-Sibt 26 ta’ Settembru Il-Ħadd 27 ta’ Settembru Is-Sitta u Għoxrin Ħadd ta’ matul is-Sena. Lejlet il-Festa ta’ Santa Katarina tad-Daħla. Fis-7:00pm issir quddiesa immexxija

‼️Avviż importanti‼️
It-tberik li kellu jsir it-Tnejn 19 ta' Ottubru u t-Tlieta 20 ta' Ottubru 2026 u li kien ġie pospost, ser isir hekk kif ġej:
𝐈𝐭-𝐓𝐧𝐞𝐣𝐧 𝟏6 𝐭𝐚’ 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐫𝐮: 𝐍𝐢𝐤𝐨𝐥𝐚 𝐒𝐚𝐮𝐫𝐚, 𝐆𝐨𝐫𝐠 𝐁𝐨𝐫𝐠 𝐎𝐥𝐢𝐯𝐢𝐞𝐫.
𝐈𝐭-𝐓𝐥𝐢𝐞𝐭𝐚 𝟏7 𝐭𝐚’ 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐫𝐮: 𝐓𝐚𝐭-𝐓𝐨𝐫𝐫𝐢, 𝐏𝐚𝐰𝐥𝐮 𝐗𝐮𝐞𝐫𝐞𝐛, 𝐕.𝐌. 𝐏𝐞𝐥𝐥𝐞𝐠𝐫𝐢𝐧𝐢 𝐮 𝐇𝐚𝐥 𝐓𝐚𝐫𝐭𝐚𝐫𝐧𝐢.
It-tberik joħroġ fl-4.30pm. Grazzi. ... See MoreSee Less
0 CommentsComment on Facebook
L-għodwa t-tajba lil kulħadd.
Hekk kif qed noqorbu lejn ix-xahar ta' Novembru, ninfurmawkom li l-Kannierja tal-Parroċċa ser tkun miftuħa kuljum hekk kif ġej:
𝐅𝐨𝐬𝐭 𝐢𝐥-𝐠𝐢𝐦𝐠𝐡𝐚 𝐦𝐢𝐬-𝟔:𝟑𝟎𝐚𝐦 𝐬𝐚𝐝-𝟗𝐚𝐦 𝐮 𝐦𝐢𝐥𝐥-𝟓𝐩𝐦 𝐬𝐚𝐬-𝟔.𝟑𝟎𝐩𝐦,
𝐢𝐬-𝐒𝐢𝐛𝐭𝐢𝐣𝐢𝐞𝐭 𝐦𝐢𝐬-𝟔:𝟑𝟎𝐚𝐦 𝐬𝐚𝐝-𝟗𝐚𝐦 𝐮 𝐦𝐢𝐭-𝟑.𝟑𝟎𝐩𝐦 𝐬𝐚𝐬-𝟕𝐩𝐦 𝐮
𝐥-𝐇𝐝𝐮𝐝 𝐦𝐢𝐥𝐥-𝟓:𝟑𝟎𝐚𝐦 𝐬𝐚𝐬-𝟏:𝟎𝟎𝐩𝐦 𝐮 𝐦𝐢𝐥𝐥-𝟓𝐩𝐦 𝐬𝐚𝐬-𝟕𝐩𝐦.
L-Erbgħa 4 ta' Novembru ser issir quddiesa fil-kannierja fis-6pm. Dakinhar il-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ma ssirx.
✝️ 𝘼𝙜𝙝𝙩𝙞𝙝𝙤𝙢 𝙤 𝙈𝙪𝙡𝙚𝙟 𝙞𝙡-𝙢𝙞𝙨𝙩𝙧𝙞𝙚𝙝 𝙩𝙖' 𝙙𝙚𝙟𝙟𝙚𝙢, 𝙞𝙙-𝙙𝙖𝙬𝙡 𝙩𝙖' 𝙙𝙚𝙟𝙟𝙚𝙢 𝙟𝙞𝙙𝙙𝙞 𝙡𝙞𝙡𝙝𝙤𝙢, 𝙟𝙞𝙨𝙩𝙧𝙞𝙚𝙝𝙪 𝙛𝙞𝙨-𝙨𝙡𝙞𝙚𝙢. 𝘼𝙢𝙢𝙚𝙣. ... See MoreSee Less
8 CommentsComment on Facebook
✝️ Hekk kif qed noqorbu lejn ix-xahar ta' Novembru ddedikat għall-Qaddisin kollha (1 ta' Novembru) u għall-għeżież mejtin tagħna, qed naqsmu magħkom il-programm taċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi li ser ikollna matul dan ix-xahar.
✝️ Mill-ewwel ta' Novembru, il-kannierja tal-Bażilika ser tkun miftuħa f'dawn il-ħinijiet:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mis-6:30am sad-9:00am u mill-5:00pm sas-6:30pm.
Is-Sibt mis-6:30am sad-9:00am u mill-3:30pm sas-7:00pm.
Il-Ħadd mis-5:30am sas-13:00pm u mill-5:00 sas-7pm.
✝️ Agħtihom o Mulej, il-mistrieħ ta' dejjem, id-dawl ta' dejjem jiddi lilhom, jistrieħu fis-sliem. Ammen. ... See MoreSee Less
1 CommentsComment on Facebook
L-għodwa t-tajba lil kulħadd.
Infakkrukom fil-pubblikazzjoni li nħarġet mill-parroċċa fl-okkażjoni tat-300 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Bażilika.
F'dan il-ktieb, wieħed jista' jsib diversi artikli qosra dwar il-wirt storiku, kulturali u reliġjuż marbut ma' San Pawl, ir-Rabat u l-Parroċċa tagħna.
Għalhekk, inħeġġukom biex ma titilfux din l-opportunità sabiħa u takkwistaw kopja tiegħu. Dan il-ktieb huwa wkoll idea ta' rigal mill-isbaħ u ta' valur għal xi ħadd għażiż għalikom li għandu l-istorja u l-wirt tar-Rabat għal qalbu.
Il-ktieb jista' jinxtara mill-Uffiċċju Parrokkjali għal donazzjoni ta' €30.
Grazzi minn qalbna tas-sapport u l-għajnuna kontinwa tagħkom, u napprezzaw ħafna jekk ixxerrdu din il-post ma' qrabatkom u sħabkom. 🗣️👇 ... See MoreSee Less
2 CommentsComment on Facebook
Nifirħu lil dawn l-odolexxenti mill-Parroċċa tagħna li llum irċevew is-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Jalla l-Ispirtu s-Santu jiggwidahom tul ħajjithom kollha u jkomplu jfittxu l-formazzjoni nisranija biex ikunu xhieda ta' Kristu. ... See MoreSee Less
22 CommentsComment on Facebook
🕊️ Awguri mill-qalb lill-adolexxenti kollha li llum ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof! ❤️
Jalla l-Ispirtu s-Santu jimliekom bid-doni tiegħu, idawwal il-passi tagħkom u jagħtikom il-kuraġġ biex tkunu xhieda ta’ Kristu fil-ħajja ta’ kuljum.
Itolbu dejjem lill-Ispirtu s-Santu biex imexxikom fit-triq it-tajba.
🙏 Nitolbu għalikom f’dan il-jum speċjali. Alla jberikkom dejjem! 🕊️ ... See MoreSee Less
1 CommentsComment on Facebook
Waranofsinhar it-tajjeb lil kulħadd.
Dawn huma l-avviżi tal-Parroċċa għal matul il-ġimgħa d-dieħla kif ukoll xi avviżi oħra. Grazzi. ... See MoreSee Less
0 CommentsComment on Facebook
Għeżież ġenituri,
infakkrukom f'dawn it-tliet okkażjonijiet li l-Kummissjoni Tfal Rabat Malta qed torganizza għat-tfal kollha tal-Parroċċa:
🔴 𝐅𝐞𝐬𝐭𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐐𝐚𝐝𝐝𝐢𝐬𝐢𝐧 𝐤𝐨𝐥𝐥𝐡𝐚 - il-Ħadd 1 ta' Novembru 2026 - QuddIiesa tal-10.30am.
It-tfal imħeġġa jiġu lebsin ta' qaddisin u jkunu jafu xi ħaġa dwarhom! Jistgħu jilbsu flokk abjad u jġibu santa ta' qaddis! Dawk it-tfal li jixtiequ xi kostum biex jilbsu ta' qaddis/a, jistgħu jibgħatulna messaġġ privat jew ikellmu lil Janet Ferriggi/Marthese Borda.
🔴 𝐅𝐞𝐬𝐭𝐚 𝐭𝐚' 𝐒𝐚𝐧 𝐌𝐚𝐫𝐭𝐢𝐧 - il-Ħadd 8 ta' Novembru 2026 - Quddiesa tal-10.30am.
Dawk it-tfal li jixtiequ borża ta' San Martin, jistgħu jibbukkjaw jew il-Ħdud li ġejjin wara l-quddiesa tal-10.30am jew jibgħatulna messaġġ privat. Donazzjoni: €5
🟣 𝐍𝐚𝐠𝐡𝐦𝐥𝐮 𝐥-𝐆𝐢𝐫𝐥𝐚𝐧𝐝𝐚 𝐭𝐚𝐥-𝐀𝐯𝐯𝐞𝐧𝐭 - Is-Sibt 21 ta' Novembru 2026 fid-9.30am jew fil-11.00am.
𝐑𝐞𝐠𝐢𝐬𝐭𝐫𝐚𝐳𝐳𝐣𝐨𝐧𝐢 𝐬𝐚𝐥-𝐇𝐚𝐝𝐝 𝟏 𝐭𝐚' 𝐍𝐨𝐯𝐞𝐦𝐛𝐫𝐮. 𝐈𝐦𝐩𝐨𝐫𝐭𝐚𝐧𝐭𝐢 𝐥𝐢 𝐦𝐚 𝐭𝐡𝐚𝐥𝐥𝐮𝐱 𝐠𝐡𝐚𝐥𝐥-𝐚𝐡𝐡𝐚𝐫. Donazzjoni €10 li jinkludi l-materjal tal-Girlanda.
Il-Girlanda titbierek fl-1 Ħadd tal-Avvent, il-Ħadd 29 ta' Novembru waqt il-Quddiesa tal-10.30am.
Aktar dettalji tistgħu ssibuhom fil-posters. Grazzi ħafna. ... See MoreSee Less
2 CommentsComment on Facebook
Illum il-Knisja qed tiċċelebra l-festa liturġika ta’ San Ġwann Pawlu II.
B'qalb mimlija gratitudni, inġeddu l-memorja għażiża taż-żjara tiegħu fostna nhar is-27 ta’ Mejju 1990.
F’dik il-ġurnata storika, hu ltaqa' mal-morda fuq iz-zuntier u żar il-Bażilika kif ukoll il-Grotta Santwarju ta’ San Pawl, fejn ressaq it-talb tiegħu b'devozzjoni kbira lill-Appostlu tal-Ġnus.
Nitolbu lill-Papa Qaddis biex jinterċedi għalina, ħalli nkomplu ngħixu fidi soda u nwettqu l-imħabba lejn Kristu u lejn xulxin f'kull ħin.
San Ġwanni Pawlu II, itlob għalina. 🙏 ... See MoreSee Less
8 CommentsComment on Facebook