| Is-Sibt 17 t’Ottubru
Il-Ħadd 18 t’Ottubru |
Id–disgħa u għoxrin Ħadd ta’ matul is-sena u Jum il-Missjoni.
Il-ġbir li ser isir matul is-Sibt u l-Ħadd ser imur għall-missjoni. Festa tal-Madonna tas–Saħħa fil-Knisja ta’ San Franġisk (Patrijiet Konventwali) |
| It-Tnejn 19 t’Ottubru | Fl-4:30pm inkomplu bit-tberik tal-familji f’dawn it-toroq: Nikola Saura, Ġorġ Borġ Olivier. |
| It-Tlieta 20 t’Ottubru | Fl-4:30pm inkomplu bit-tberik tal-familji f’dawn it-toroq: Tat-Torri, Pawlu Xuereb, V.M. Pellegrini u Ħal Tartarni. |
| L-Erbgħa 21 t’Ottubru | Wara l-Quddies tat-8:00am issir nofs siegħa Adorazzjoni. |
| Il-Ħamis 22 t’ Ottubru | •Fl-4:30pm inkomplu bit-tberik tal-familji f’dawn it-toroq: San Piju V u Misraħ San Duminku.
•Fis-6:30pm kwarta Adorazzjoni Komunitarja fis-skiet quddiem Ġesu Ewkaristija. •Fis-7.00pm ser issiru l-provi għal l-adoloxxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof, nhar il-Ħadd 25 t’Ottubru fid-9:00am. |
| Il-Ġimgħa 23 t’ Ottubru | •Fis-7.00pm ser issiru l-provi għal l-adoloxxenti li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof, nhar il-Ħadd 25 t’Ottubru fl-4:00pm.
•Fis-7:30pm jkompli l-kors ta’ Kana għall-għarajjes. |
| Il-Ħadd 25 t’Ottubru | •Festa tal-Madonna tat-Triq f’Bingemma.
•Fid-9:00am ser issir l-Griżma tal-Isqof fil-Bażilika tagħna. •Fl-4:00pm ser issir l-Griżma tal-Isqof fil-Bażilika tagħna. |
| Avviżi oħra | In-Nixxiegħa Pawlina. Ktieb ġdid ippublblikat mill-Parroċċa dwar il-wirt storiku, reliġjuż u kulturali Pawlin fir-Rabat fl-okkażjoni tal-300 sena mill-Konsagrazzjoni tal-Bażilika. Il-ktieb disponibbli mill-Uffiċċju Parrokkjali. Donazzjoni ta’ €30.
Nagħmlu flimkien il-Girlanda tal-Avvent. Dawk it-tfal interessati li jixtiequ jagħmlu girlanda u jsiru jafu aktar dwarha għandhom jiġu jingħaqdu magħna nhar is-Sibt 21 ta’ Novembru 2026, fid-9:30am fiċ-Ċentru taż-Żagħżagħ tal-Parroċċa. Min hu nteressat għandu jinkiteb fl-Uffiċċju Parrokjali jew wara l-quddiesa tal-10.30am qabel 1 ta’ Novembru. Donazzjoni ta’ €10. |

