Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Lejliet il-Festa

02/07/2022

Is-Sibt 2 ta’ Lulju 2022
Lejliet il-Festa
8.30am Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Claude Mifsud, Viċi Parroku, flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata bil-kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl.
9.00am Ħruq ta’ kaxxa Spanjola, murtali u murtaletti.
4.30pm Quddiesa tal-komunità parrokkjali mill-W.R. Dun Christopher Bugeja.
6.00pm Quddiesa kantata mmexxija mill-W.R. Kan. Onor. Luke Cutajar bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
7.00pm Translazzjoni Solenni tar-Relikwa tal-Appostlu Missierna San Pawl immexxija mill-W.R. Kan. Claude Mifsud Viċi Parroku, bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Logutenenza u l-Kunsill tal-Ordni tas-Santu Sepulkru, mill-Parroċċa għall-knisja ta’ San Mark, li tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, San Pawl, Kbira, Repubblika, Santu Wistin u mbagħad tkompli mis-Saqqajja, Kbira, San Pawl u l-Pjazza tal-Parroċċa lura lejn il-Bażilika, fejn isir Għasar Solenni, Salve Reġina, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
Ħruq ta’ salut, kaxxa Spanjola, murtali u murtaletti jakkumpanjaw it-Translazzjoni.
9.00pm Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru tibda l-marċ u tferraħ dawn it-toroq: Gużmana Navarra, San Franġisk, l-Isptar, Kbira, San Pawl u l-Pjazza tal-Parroċċa. Matul il-marċ, il-banda takkumpanja l-istatwa tal-Appostlu Missierna San Pawl li tintrefa’ fuq l-ispalla, u tassisti għat-tlugħ tal-istatwa taħt l-Ark fil-Pjazza tal-Parroċċa bid-daqq tal-innijiet.
10.00pm Ħruq ta’ murtali tal-beraq u tal-kulur u wara kaxxa infernali tal-kulur.
12.00am Ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa.

Details

Date:
02/07/2022
Shopping Basket