L-isqof ta’ Malta Paul Alpheran de Bussan, ta’ nisel Franciz minn Aix-de-Provence, li dam imexxi l-Knisja tal-gzejjer taghna ghal 29 sena ( 1728- 1757 ), baqa’ mfakkar mhux biss ghal-hegga pastorali tieghu fid-djocesi taghna, imma wkoll ghad-deskrizzjoni sabiha u dettaljata tal-knejjes taghna fl-atti taz-zjarat Pastorali tieghu. Huwa kien devot kbir ta’ l-Appostlu Missierna San Pawl. Huwa hadem hafna ghall-edukazzjoni tal-Kleru u bena s-Seminarju fl-Imdina, huwa kkonsagra bosta knejjes fosthom dik ta’ San Publiju fir-Rabat fl-1731 u ghamel 4 Vizti Pastorali li l-atti taghhom huma minjiera ta’ taghrif fuq il-hajja religjuza u fuq l-istorja tal-Knejjes taghna. L-atti ta’ l-ewwel zjara li sehhet fis-snin 1728-29, huma aqsar minn dawk tat-tlieta l-ohra u wiehed jifhem ghaliex, billi kien ghadu kif jibda l-hidma tieghu ta’ isqof, izda l-ohrajn fihom gmiel ta’ deskrizzjonijiet u taghrif. F’dan l-artiklu qasir se nati xi punti interessanti mill-atti tat-tieni zjara tieghu (1736-1740) li tinsab konservata fl-arkivju tal-Kurja fil-Furjana.
L-isqof Alpheran beda u temm din iz-zjara nhar il-Hadd 8 ta’ April 1736, akkompanjat mill-Vigarju Generali l-Kan. Adrian Gurgion u mill-Kan. Guzeppi Costanzo. Din kienet l-ewwel Knisja Parrokkjali li zar wara l-Katidral fl-Imdina skond il-procedura tas-soltu billi l-parrocca ta’ San Pawl fir-Rabat kienet tikkomprendi t-territorju kemm tar-Rabat kif ukoll ta’ l-Imdina u kienet maqghquda mal-hames dinjita’ tal-Kapitlu tal-Katidral. L-arcipriet kien Dun Klement Cuschieri.
Iz-zjara saret b’dan l-Ordni: Wara l-kant tal-antifona “Sacerdors et Pontifex”u dak tat-“Te Deum” l-isqof ta l-barka solenni tieghu u bierek il-mejtin midfuna fil-Knisja, izda billi dak inhar kien ftit indispost ma marx ibierek ukoll lil dawk midfunin fil-karnierja u fiz-Zuntier. Huwa ghamel il-Vizita tat-Tabernaklu, tal-Fonti tal-Maghmudija, taz-zjut imqaddsa, tal-Altar Maggur, l-altar tal-Kor, il-hames altari tan-naha tal-Vangelu, il-hamsa l-ohra tan-naha ta’ l-epistola, il-Grotta ta’ San Pawl, in-navata pincipali, il-Kor, il-Presbiterju, il-konfessjonarji, il-pulptu, l-orgni, il-bibien tal-Knisja, il-karnierja, iz-Zuntier jew cimiterju, l-kampnar, u z-zewg sagristiji.
Fil-ghaxija mbaghad ta’ l-istess jum l-Isqof amministra s-sagrament tal-Grizma lil 228 ruh, uhud minnhom kbar fl-eta’.
Il-Knisja li zar hija l-istess bini li ghandna llum, jigifieri dik li bdiet tinbena fl-1653 bl-ispejjez tan-Nobbli Cosmana Navarra, waqfet ghal xi zmien u tlestiet 30 sena wara fl-1683. Mhux il-kaz li nirrepetu hawn dak li ghadna naraw sallum izda nsemmu biss dak li kien hemm u ma nsibuhx illum ghax zdied jew gie mibdul tul il-medda tas-snin. Hekk per ezempju, il-Knisja kellha biss statwa wahda, dik ta’ San Mikiel; kienu ghadhom ma gewx ordnati l-istatwa titolari ta’ San Pawl, u dawk ta’ Kristu Rxoxt, il-Kuncizzjoni, in-Nazzarenu u pariggu il-Maghmudija ta’ Kristu minn San Gwann fuq il-battisteru. Barra l-Maggur, l-altari kienu kollha tal-gebel u tnejn minnhom kellhom dedikazzjoni differenti minn tallum. L-altari kollha kellhom lampier zghir quddiemhom.
F’dan l-artiklu se nsemmi wkoll xi taghrif wisq interessanti li sibnih ghall-ewwel darba fl-atti ta’ din il-Vizita. Inzid ukoll xi kummenti a bazi ta’ taghrif minn dokumenti ohra. Nibdew mill-altari.
Aktar Dettalji:
Mons Gwann Azzopardi: IL-KNISJA TA’ SAN PAWL FL-1736 kif deskritta mill-Isqof Alpheran (Il-Festi Taghna, 2003)