Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 4 TA’ SETTEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw t-23 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
  • Għada/Illum issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika. Bħas-soltu nkunu ġenerużi u nirringrazzjawkom bil-quddiem.

 

  1. Nhar it-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.

 

  1. Nhar il-Ħamis fis-6.00pm fil-Bażilika Quddiesa Kantata fl-okkażjoni tal-Festa tal-B.V.M. tal-Vitorja bis-sehem tat-Tfal.

 

  1. Nhar it-Tnejn 5 u nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru bejn l-5.00pm u s-6.30pm isiru r-Reġistrazzjonijiet tat-tfal kollha li jattendu jew ħa jibdew jattendu d-Duttrina s-Sena d-dieħla fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa n-Nigret. Il-ġenituri tat-tfal il-ġodda għandhom iġibu ċ-ċertifikat tal-Magħmudija tat-tifla magħhom.

 

  1. Fil-Knisja ta’ Qasgħa tiġi ċċelebrata l-festa tal-B.V.M. tal-Vitorja b’dan il-programm:
  • Nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru Lejlet il-Festa fis-6.00pm Adorazzjoni u Talb quddiem Ġesu’ Sagramentat.
  • Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru – Jum il-Festa fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju Animat u fis-6.30pm Quddiesa Kantata mmexxija mill-Arċipriet il-Kan. Josesh Mizzi. – Kulħadd mistieden.

 

  1. Festa ta’ Marija Bambina l-Imtaħleb: Il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru – Majjalata.
  • Is-Sibt 10 ta’ Settembru fis-6.00pm Quddiesa ċċelebrata mir-Rev. Fr. Joe Fsadni u wara serata ta’ għana.
  • Il-Ħadd 11 ta’ Settembru fis-6.00pm Quddiesa kkonċelebrata mir-Rev. Kanonku Arċipriet Fr. Joseph Mizzi, wara l-Quddiesa tieħu sehem il-Banda Konti Ruġġieru.

 

  1. Fil-Knisja ta’ San Mark qed tiġi ċċelebrata l-Festa tal-B.V.M. bit-titlu taċ-Ċintura nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru fis-6.00pm Transulazzjoni u Quddiesa Konċelebrata mill-W.R. Arċipriet il- Dun Joseph Mizzi, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Madonna taċ-Ċintura.
  • Is-Sibt 10 ta’ Settembru – Jum il-Festa fis-6.00pm Quddiesa Solenni u fis-7.15pm ħruġ tal-Purċissjoni li wkoll tagħmel waqfa quddiem il-Bażilika Tagħna.

Tags: No tags

Comments are closed.