Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 09 TA’ OTTUBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw it-28 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
    • Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.
    • Għada/Illum ser ikun hawn xi voluntiera ta’ Hospice Malta li ser ikunu jilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-Knisja wara l-Quddies. Inħeġġukom biex tkunu ġenerużi u ngħinu l-Hospice Malta aħna wkoll.
  1. Nhar it-Tnejn fis-7.30pm issir it-tieni laqgħa għall-għarajjes bi tħejjija mill-Qrib għal żwieġ nisrani fiċ-Ċentru Pastorali.
  • Nhar it-Tnejn ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:
  • It-Tnejn – A. Curmy u R. Sammut
  • It-Tlieta – Inguanez u Sta. Katarina
  • Il-Ħamis – San Mikiel, San Bastjan u San Rokku
  • Il-Ġimgħa – San Dwardu, Santa Roża, Pjazza forok u Triq ir-Rgħajja
  1. Nhar is-Sibt tkun ċċelebrata l-Grizma tal-Isqof għall-Adoloxxenti bniet fis-6pm u l-Ħadd għall-Adoloxxenti subien fid-9am hawn fil-Bazilika. Il-quddiesa tal-10.30am għall-Ħadd li ġej biss tibda fil-11am.
  1. Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru ser issir Ħarġa għal San Pawl tal-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar. Tluq fit-3.30pm fejn ikollna quddiesa u wara high tea f’lukanda fil-viċin. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
Tags: No tags

Comments are closed.