1. Għada/Illum niċċelebraw it-31 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena. Infakkrukhom li dan il-lejl ndawru/dawwarna l-arloġġ siegħa lura.
2. Matul din il-ġimgħa jkollna dan li ġej:
a) Nhar it-Tnejn nbierku Toroq Sant’ Aristarku u San Tumas. Fis-6.15pm Quddiesa fil-Kappella ta’ Qasha f’għeluq ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Ruzarju.
b) Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Novembru – Solennità tal-Qaddisin Kollha.
Fis-6.00pm Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fejn huma mistiedna jilbsu tal-qaddis favorit tagħhom bis-sehem tal-Kor tat-Tfal. Navzawkom ukoll li xi tfal u kbar se jkunu qegħdin iduru fit-toroq iħabbtu l-bibien biex jinġabar ikel għal nies fil-bzonn fil-parroċċa tagħna. Inħeġġu lit-tfal u l-kbar biex jingħaqdu magħna f’din l-attività u l-ikel li jinġabar jiġi pprezentat fil-Knisja waqt il-quddies tad-6.00pm.
c) It-Tlieta wkoll ser issir Quddiesa fis-6.00pm fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta li fiha s-Seminarista Karl Andrew Schembri ser ikun qed jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat, Kulħadd huwa misteden li jattendi. Nitolbu għal Karl u iktar vokazzjonijiet.
d) Nhar l-Erbgħa t-2 ta’ Novembru – L-Għid tal-Imwiet
Il-quddies filgħodu jkun fis-6.00am, 6.30am, 7.00am, 7.30am, 8.00am u 8.30am.
Fis-6.00pm Quddiesa Konċelebrata bl-Għasar għal dawk li mietu bejn Novembru 2021 u Ottubru 2022 bis-sehem tal-Kor Bazilika San Pawl. Fi tmiem il-quddiesa jsir it-tberik tal-oqbra fil-Bazilika, fl-Oratorju u fil-Grotta ta’ San Pawl.
e) Nhar il-Ħamis 3 ta’ Novembru fis-6.00pm Quddiesa fil-Kannierja u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Il-quddiesa tas-6.00pm fil-Bazilika ma ssirx. Matul Novembru l-Kannierja tkun miftuħa ix-xahar kollu fil-ħin tal-quddies.
f) Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru fl-4.30pm Quddiesa fiċ-Ċimiterju Santa Margerita u wara jsir it-tberik tal-oqbra.
g) Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar għalhekk issir l-Adorazzjoni organizzata wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.
h) Nhar il-Ħadd fid-9.00am issir Quddiesa għall-Erwieħ tas-Saċerdoti li servew fil-Parroċċa tagħna kif ukoll għas-soċi tas-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru.
3. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra għall-bzonnijiet tal-Bazilika tagħna.
4. Infetaħ il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Se jkun miftuħ kuljum filgħaxijiet u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
5. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt