Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 06 TA’ NOVEMBRU 2022

Għada/Illum niċċelebraw it-32 Ħadd taż-Żmien ta’ matul is-Sena.

Għada/Illum l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.

Matul din Il-Ġimgħa jkollna dan li ġej:

  • It-Tberik fid-djar ikompli kif ġej:
  • Nhar it-Tnejn: Triq San Ġwann l-Għammied.
  • It-Tlieta: Toroq Kola Xara u Stivala
  • Il-Ħamis: Triq San Patrizju
  • Il-Ġimgħa : Toroq Ferris u San Luqa
  • Nhar it-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  • Nhar l-Erbgħa fis-6.30pm issir laqgħa għall-fratelli.
  • Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  • Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm issir laqgħa għall-ġenituri kollha li uliedhom se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof is-sena ddieħla.

Infetaħ il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Se jkun miftuħ kuljum filgħaxija u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.

L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta Kummiedja Soċjali fis-Sala Parrokkjali Dun Karm Lia nhar is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Novembru fis-7.00pm.

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

Tags: No tags

Comments are closed.