- Għada/Illum niċċelebraw is-Solennità ta’ Sidna Ġesu’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Kristu Re.
- Għada/Illum Mons. Arċisqof fil‑5:00 p.m., jiċċelebra l‑Għasar u l‑Barka Sagramentali fil‑festa ta’ Kristu Re, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
- Nhar it-Tnejn festa tal-Madonna tat-Tempju quddiesa fis-6.00pm bil-ħsieb u bis-sehem tal-Kor tat-Tfal.
- Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
- Nhar il-Ħamis jaħbat l-10 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Arċisqof Charles J Scicluna, xieraq nitolbu għalih.
- It-Tnejn 28 ta’ Novembru fis-6.30pm se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għal dawk kollha mpenjati fil-liturġija fil-parroċċa tagħna.
- Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street qed ikun miftuħ kuljum u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
- Tista’ tara l-avviżi u aħbarijiet tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
- Tista’ tordna l-ponsietta mill-Uffiċċju Parrokkjali għall-prezz ta’ €4.
- Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru festa ta’ Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied fil-Pjazza tal-Parroċċa. Nibdew bil-Quddies fl-10.30am u nispiċċaw b’sorpriża fil-Pjazza għal ħabta sal-5.00pm