- Għada/Illum niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent.
- Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa tas-6.00pm nofs siegħa mal-Kelma t’Alla, mument ta’ riflessjoni fuq l-Evanġelju tal-Ħadd fi żmien l-Avvent u l-Milied minn Fr. Martin Cilia MSSP.
- Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
- Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir l-Adorazzjoni Organizzata skond l-intenzjoni tal-Papa Franġisku.
- Nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru fis-7.00pm issir ir-reċta Ħolm tal-Milied imtellgħa mill-Kummissjoni Tfal fis-Sala Dun Karm Lia, u il-Ħadd fit-3.30pm. Donazzjoni ta’ €5. Tfal taħt il-5 snin bla ħlass.
- Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street qed ikun miftuħ kuljum u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġuom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
- Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
- Tista’ tordna l-ponsietta mill-Uffiċċju Parrokkjali għall-prezz ta’ €4.
- Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet ta’ din il-Knisja Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem.
- Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru festa ta’ Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied fil-Pjazza tal-Parroċċa. Nibdew bil-Quddies fl-10.30am u nispiċċaw b’sorpriża fil-Pjazza għal ħabta sal-5.00pm