1. Għada/Illum niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Avvent.
2. Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.
3. Nhar it-Tnejn lejlet il-festa pubblika attività għat-tfal tal-parroċċa fejn fis-5.45pm niltaqgħu fuq z-Zuntier sabiex it-tfal jitqassmu skont l-età għall-Christmas Movie Night. Din l-attività hija bla ħlas.
4. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa tas-6.00pm nofs siegħa mal-Kelma t’Alla mument ta’ riflessjoni fuq l-Evanġelju tal-Ħadd fi żmien l-Avvent minn Fr. Martin Cilia MSSP.
5. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied fejn fis-6.00pm jkollna quddiesa bl-omelija u wara mument ċkejken ta’ Adorazzjoni u Barka Sagramentali. Din is-sena fin-Novena se nirriflettu fuq il-Verbi ta’ Marija – Marija li se tgħallimna kif inħejju ruħna. Nistedinkom biex f’dawn id-9 t’ijiem nipparteċipaw bi ħġarna biex tassew inħejju ruħna għall-Milied li ġej:
• Il-Ħamis – Marija li tisma’ – Jum il-Kunsill Pastorali, Kunsill Ekonomiku u l-Kummissjonijiet.
• Il-Ġimgħa – Marija li tistaqsi – Jum l-Għaqdiet Soċjali u Ċivili tar-Rabat
• Is-Sibt – Marija taċċetta – Jum l-Għaqdiet tal-Familji
• Il-Ħadd – Marija tgħaġġel – Jum l-Abbatini u l-Vestizzjoni – Flok fil-quddiesa tas-6.00pm in-Novena l-Ħadd issir fil-Quddiesa tal-10.30am
6. Nhar il-Ġimgħa wkoll, fit-8.00pm – Quddiesa għall-Adoloxxenti u ż-Żgħazagħ tal-Parroċċa.
7. Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street wasal għall-aħħar ġimgħa. Ikun miftuħ kuljum u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom biex izuru dan il-ħanut din il-ġimgħa, prezzijiet speċjali għal dawn iz-zminijiet.
8. Fejn il-bibien tal-Knisja se ssibu min ibiegħ ħelu għal dan iz-zmien, imbagħad nhar il-Ħadd filgħodu waqt li l-Banda Konti Ruġġieru tkun qed tallegra l-Pjazza tal-Parroċċa, jkollna l-Bake Sale uffiċċjali mtella’ mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċa.
9. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt