Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 18 TA’ DIĊEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent.
  1. It-Tnejn nkomplu bin-Novena tal-Milied fejn fis-6.00pm jkollna quddiesa bl-omelija u wara mument ċkejken ta’ Adorazzjoni u Barka Sagramentali. Din is-sena fin-Novena qegħdin nirriflettu fuq il-Verbi ta’ Marija – Marija li se tgħallimna kif inħejju ruħna. Nistedinkom biex f’dawn id-9 t’ijiem nipparteċipaw bi ħġarna biex tassew inħejju ruħna għall-Milied li ġej:
  • It-Tnejn – Marija tfaħħar – Jum il-Fratellanzi tal-Parroċċa
  • It-Tlieta – Marija tgħin – Jum l-Għaqdiet Reliġjuzi
  • L-Erbgħa – Marija li twelled – Jum is-Servizz Liturġiku – Mistiedna dawk li jagħtu s-sehem tagħhom bħala letturi, ministri tat-tqarbin u animaturi.
  • Il-Ħamis – Marija li turi – Jum it-Tfal – mistiedna t-tfal kollha tal-parroċċa u mistiedna jġibu l-Bambin jew xi grotta zgħira biex nberkuhom.
  • Il-Ġimgħa – Marija li tilqa’ – Jum il-Benefatturi ħajjin u mejtin
  1. Għada t-Tnejn l-Iskola Medja tar-Rabat torganizza purċissjoni bil-Bambin qabel il-quddiesa tal-Milied tal-Iskola. Tibda għall-ħabta tat-8.30am minn Triq Ferris u tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Kola Xara, Kulleġġ, Santa Marija, Sant’Antnin, Kulleġġ għall-Knisja Bazilika.
  1. Is-Sibt Lejliet il-Milied –
  • Jkollna quddiesa fl-4.30pm u fis-6.00pm jkollna l-Quddiesa tal-Vġili. Kif tispiċċa l-Quddiesa se tidħol il-purċissjoni tal-Bambin fejn ikollna programm qasir mtella’ mill-Museum.
  • Il-purċissjoni tibda fil-5.30pm u tgħaddi mit-toroq Ferris, Kulleġġ, Konti Ruġġieru, San Franġisk, Kbira, Repubblika, Santu Wistin, San Ġuzepp, San Pawl u Pjazza.
  • Fl-10.15pm tiftaħ il-Knisja u fil-11.00pm tibda funzjoni fejn ikollna innijiet tal-Milied u reċta mit-tfal u l-prietka tradizzjonali tal-Milied.
  • F’12am Quddiesa Solenni Konċelebrata tal-Lejl tal-Milied.
  1. Il-Ħadd Jum il-Milied – Il-quddies ikun fis-7.30am, fid-9am, fl-10.30am, f’12pm u fis-6.00pm. Il-quddiesa tas-6.00am ma ssirx.
  1. Dan hu l-aħħar weekend tal-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Kollox nofs prezz.
  1. Għada/Illum il-Ħadd filgħodu waqt li l-Banda Konti Ruġġieru tkun qed tallegra l-Pjazza tal-Parroċċa, jkollna l-Bake Sale uffiċċjali mtella’ mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċa.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Tags: No tags

Comments are closed.