Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 29 TA’ JANNAR 2023

  1. Għada/Illum niċċelebraw ir-Raba’ Ħadd ta’ matul is-Sena.
  1. Nhar it-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  1. Nhar il-Ħamis mistednin bħala Parroċċa biex nanimaw u nieħdu sehem fl-Adorazzjoni u l-Quddiesa fis-6.30pm fis-Seminarju tal-Arċisqof fejn flimkien nitolbu għal aktar vokazzjonijiet.
  1. Nhar il-Ħamis jibdew il-15-il Ħamis ta’ Santa Rita fil-Knisja ta’ San Mark. Fil-5.15pm Rużarju u Kurunella u fis-6.00pm Quddiesa u talba lil Santa Rita.
  1. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ikollna l-Adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm
  1. Nhar is-Sibt fis-6.00pm tkun ċelebrata il-Festa ta’ Sant’Agata fil-Knisja ddedikata lilha.
  1. Nixtiequ ninfurmawkom li jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta mil-1 sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website knisja.mt
  1. L-Għaqda Drammatika Rabat tippreżenta kummiedja soċjali fis-Sala Dun Karm Lija nhar is-Sibt 4 u l-Ħadd 5 ta’ Frar fis-7.00pm. Biljetti mal-bieb.
  1. Infakkru li nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Bażilika. Nirringrazzjawkom tal-ġenerosità tagħkom.
  1. Navżawkom li l-Ewwel Tqarbina se tkun ċelebrata nhar is-Sibt 10 ta’ Ġunju fl-4.30pm u l-Griżma tal-Isqof tkun ċelebrata nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru fis-6.00pm.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Tags: No tags

Comments are closed.