Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 5 TA’ FRAR 2023

  1. Il-Ħadd niċċelebraw Il-Ħames Ħadd ta’ matul is-Sena u Jum il-Ħajja.
  1. L-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.
  1. Il-Ħadd l-Għaqda Drammatika Rabat tippreżenta l-kummiedja soċjali “Inkwiet fil-Kerrejja” fis-Sala Dun Karm Lia fis-7.00pm. Biljetti mal-bieb.
  1. Nhar il-Ħamis lejliet il-festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, ikollna quddies fl-4.30pm u fis-6.00pm.
  1. Nhar il-Ġimgħa festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl, il-quddies ikun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd jiġifieri fis-6am, fis-7.30am, fid-9.00am Quddiesa Kantata, fl-10.30am Quddiesa speċjali għat-tfal, f’12pm u fis-6pm.
  1. Nixtiequ ninfurmawkom li jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website knisja.mt
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Tags: No tags

Comments are closed.