Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 4 TA’ ĠUNJU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw is-Solennità tat-Trinità Qaddisa.

F’dan il-week-end ikollna l-ġabra speċjali għal din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.

Għada/Illum fis-6.00pm isser l-offerta taż-Żejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ Santa Luċija. Il-Quddiesa tkun immexxija mill-Kappillan Dun Ronnie Zammit. Jieħdu sehem l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.
Il-ĦamisWara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
Is-Sibt 10 ta’ ĠunjuFl-4.30pm issir l-Ewwel Tqarbina għat-Tfal tal-Parroċċa. Ikanta l-Kor Tfal Bażilika San Pawl.
 Avviżi oħraF’dan il-week-end tkompli l-attività ‘Ikel Missirijietna’ organizzata mill-Kumitat Festi Esterni fuq iz-Zuntier tal-Bażilika.

Ħdejn il-Presbiterju hemm  żewġt iqfief biex jinġabar ikel għad-Dar tal-Kleru. Dan ser jiġi ppreżentat lid-Direttur ta’ din id-Dar, fit-tieni jum tat-Tridu ta’ Corpus Domini. Nitolbukom biex tkunu ġenerużi. Grazzi.

Il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju ser ssir attività fl-okkazzjonji ta’ Jum il-Missier. Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Biljett rebbieħ tal-istatwa tal-Madonna huwa numru 25.

Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar  dettal fuq rabat.knisja. mt – Grazzi
Tags: No tags

Comments are closed.