Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw l-15-il Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
It-Tnejn 17 ta’ Lulju u t-Tnejn 24 ta’ Lulju | Fis-7.30pm kors qasir ta’ żewġ laqgħat għall-għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin. Dawn isiru fiċ-Ċentru Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fuq iz-Zuntier tal-Knisja. |
It-Tlieta 18 ta’ Lulju | Fil-5.00pm issir id-Duttrina għat-Tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Lulju | Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla organizzat mill-Għaqda Kompensatriċi. Tluq fl-4.30pm mill-Venda tal-Monti fi Triq Santa Rita. Biljetti jinkisbu mingħand il-Membri tal-istess Għaqda. |
Avviżi oħra | Jesus Fest mit-Tnejn 31 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu filgħaxija. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |