Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Solennità tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej. Illum/Għada l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għal din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tad-donazzjoni ġeneruża tagħkom. Infakkru fil-Ħarġa li għandna għall-Għawdex nhar l-Erbgħa li ġejjin. |
It-Tnejn 7 ta’ Awwissu | Fis-6.00pm Quddiesa bħala ringrazzjament lil Alla f’għeluq it-48 Sena tal-Għaqda Kompensatriċi fil-Parroċċa Tagħna. Tkun animata mill-Grupp Tiberija Familja. |
Il-Ħamis 10 ta’ Awwissu | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu | Billi l-Ġimgħa l-oħra l-Adorazzjonji ta’ l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ma saritx se nagħmluha llum li tkun skont il-fehma tal-Papa bit-tema l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Lisbona l-Portugall jgħin liż-Żgħażagħ ikunu xhieda tal-Vanġelu fil-ħajja tagħhom. |
Avviżi oħra | Il-Ħadd 13 ta’ Awwissu jkollna l-Magħmudijiet. Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – Filgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl. It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |