Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-17-ill Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
Mit-Tnejn 31 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu | Jesus Fest: Fis-6.00pm Quddiesa u wara jkun hemm attivitajiet għat-tfal tal-Parroċċa tagħna. |
Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Awwissu | Fil-5.00pm issir id-Duttrina għal dawk it-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
Nhar il-Ħamis 3 u l-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu | L-Adorazzjoni tal-Ħamis u dik ta’ l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar nagħmluhom l-Ġimgħa d-dieħla. |
Avviżi oħra | Nhar il-Ħadd 6 ta’ Awwissu jkun l-ewwel Ħadd tax-Xahar. Issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika. Grazzi bil-quddeim tal-ġenerożità tagħkom. It-Tnejn 7 ta’ Awwissu fis-6.00pm Quddiesa bħala ringrazzjament lil Alla f’għeluq it-48 sena tal-Għaqda Kompensatriċi fil-Parroċċa tagħna. Animata mill-Grupp Tiberija Familja. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Awwissu – Ġurnata għal Għawdex. Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – Filgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl. It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |