Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw il-23 Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
Nhar it-Tlieta 12 ta’ Settembru | Issir il-ħarġa għal Għawdex. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. Tluq minn Triq Santa Rita fis-6.30am. |
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru | Mit-8.30am sad-9.00am issir l-Adorazzjoni. |
Nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru | Fl-4.30pm issir il-ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl u Kemmuna li kellha ssir fil-31 ta’ Awwissu u li tħassret minħabba l-maltemp. |
Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru | Fis-7.00pm issir il-Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini għat-Tfal li ser jagħmlu l-Griżma tal-isqof fil-Bażilika. |
Avviżi oħra | Nhar is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Settembru l-ġbir kollu jmur favur l-Art Imqaddsa. Nitolbu b’mod speċjali għal dawk ħutna li jgħixu hemm.
Festa tal-Vitorja fil-Kappella tal-Imtaħleb Nhar il-Ħadd (illum)10 ta’ Settembru fis-6.00pm ikun hemm il-Quddiesa li tkun iċċelebrata mill-Kan. John Buhagiar. Nhar il-Ħadd (illum) 10 ta’ Settembru fis-6.00pm l-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta reċita fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul. Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru l-Għaqda Kompensatriċi ser torganiżża Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej Marsaxlokk. Tluq fl-4.30pm u l-postijiet huma limitati. Bookings sal-Ħadd 10 ta’ Settembru. Aktar dettalji jinkisbu mingħand il-Membri tal-istess Għaqda Nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru jingħata l-Mandat lil Katekisti tal-Parroċċa. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika: matul il-Ġimgħa: fis-7.00am, 8.00am u 6.00pm. Nhar ta’ Sibt: fis-7.00am, 8.00am 4.30pm u 6.00pm Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista. tara l-Avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat. knisja.mt |