Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-27 Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Filwaqt li nirringrazzjaw lil Fr. Sean Abela tal-ħidma tiegħu fostna fil-Parroċċa tar-Rabat nawgurawlu ħafna għal ħidma ġdida tiegħu fil-Parroċċa tal-Imġarr. Għalhekk Għada/Illum il-Ħadd 8 ta’ Ottubru fis-6.00pm Fr. Sean ser imexxi quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla tal-ħidma Pastorali tiegħu fostna. Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet. |
It-Tnejn 9 ta’ Ottubru | Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: Alessandro Curmy u Robert Sammut. Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. |
It-Tlieta 10 ta’ Ottubru | Tberik f’dawn it-Toroq: Inguanez u Santa Katerina.
Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u ssir Laqgħa ta’ Talb immexxija mill-Grupp ta’ San Piju tal-Pjagi. Iqaddes Patri Karm Dimech Kapuċċin. |
L-Erbgħa 11 ta’ Ottubru | Wara l-Quddies tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni sad- 9.00am. |
Il-Ħamis 5 ta’ Ottubru | Tberik fit-Toroq: San Mikiel, San Bastjan u Santu Rokku.
Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru | Fis-6.00pm fil-Bażilika tagħna se tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof. |
Avviżi oħra | Il-Kurja se tkun miftuħa għall-pubbliku għada/illum il-Ħadd mid-9.00am sat-8.00pm
Caritas Malta tavża li qed isir ġbir ta’ fondi għall-Marokk u l-Libja. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Arċipriet. Minn dan ix-Xahar qed jibdew il-Laqgħa ta’ formazzjoni għal dawk li jixtiequ jagħmlu l-esperjenza Missjunarja. Minn hu nteressat jikkuntattja lill-Uffiċċju Missjunarju, Triq il-Merkanti, l-Belt Valletta. Tista tara l-Avviżi f’aktar dettal fuq knisja.rabat.mt |