Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 15 TA’ OTTUBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw is-28   Ħadd ta’ Matul is-Sena.
It-Tnejn 16 ta’ Ottubru Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: S. Dwardu, Sta. Roża, Pjazza Forok, Triq ir-Rgħajja u Merħliet. Is-Saċerdoti joħorġu għat-tberik fl-4.30pm.

Fis-6.00pm sas-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Leġjun ta’ Marija fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Fis-6.00pm Quddiesa organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Margerita Marie Alocoque, Protettriċi tal-istess Għaqda bil-parteċipazzjoni tal-Fratellanza tal-Qalb Ta’ Ġesù.

Fis-7.30pm Laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-qrib għal żwieġ Nisrani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta 17 ta’ Ottubru Tberik fi Triq Ġorġ Borg Olivier.
L-Erbgħa 18 ta’ Ottubru Mit-8.30am sad-9.00am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika Tagħna.
Il-Ħamis 19 ta’ Ottubru Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: tat-Torri, Pawlu Xuereb u Ħal Tartarni.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Avviżi oħra F’dan il-week-end fil-Knisja ta’ San Franġisk issir il-festa tal-Madonna tas-Saħħa. Is-Sibt lejlet il-Festa fis-6.00pm Translazzjoni u Quddiesa mir-Rev. Dun Sean Abela. Il-Ħadd ikun hemm Quddies fis-6.30am, 8.00am, 9.30am u 10.30am. Il-Quddiesa tat-8.00am iqaddes ir-Rev. Can. Joseph Mizzi, Arċipriet tar-Rabat. Fil-5.00pm Quddiesa Solenni kkonċelebrata mmexxija mir-Rev. Provinċjal Patri Colin Sammut OFM Conv. Wara Purċissjoni mmexxija mir-Rev. Djaknu Dun Karl Andrew Schembri. Fi tmiem il-purċissjoni ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika quddiem il-Knisja mmexxija mir-Rev. Provinċjal Patri Colin Sammut OFM  Conv. Il-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru tar-Rabat ta’ Malta takkumpanja l-purċissjoni.

Il-Ħadd 22 ta’ Ottubru – Jum il-Missjoni – Quddiesa fid-9.30am flok fid-9.00am, imexxi l-Isqof Mons. Joe Galea Curmi. Fil-Pjazza tal-Knisja jkun hawm Villaġġ Missjunarju.

Għadam ta’ Ottubru għal bejgħ. Ordnijiet mill-Facebook Page  tal-Parroċċa u mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Ħadd 29 ta’ Ottubru – Pellegrinaġġ għal San Pawl tal-Ħġejjeġ. Quddiesa fl-4.00pm u wara High Tea flimkien.

Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq Knisja.rabat.mt

Tags: No tags

Comments are closed.