Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw it-32 Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
Nhar it-Tnejn 13 ta’ Novembru | Fis-6.00pm il-Quddiesa tkun b’suffraġġju għall-erwieħ mejtin tal-Fratelli u Konsorelle mseħbin fil-Frantellanza ta’ San Pawl. |
Nhar it-Tlieta 14 ta’ Novembru | Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju mill-Grupp ta’ San Padre Piju ta’ Pietrelċina. |
L-Erbgħa 15 ta’ Novembru | Ikollna l-Adorazzjoni wara l-Quddiesa tat-8.00am.
L-Għaqda Kompensatriċi ser torganizza laqgħa ta’ formazzjoni fiċ-Ċentru ta’ San Luqa n-Nigret. Fil-5.00pm jingħad ir-Rużarju, Quddiesa, break u wara ssir laqgħa ta’ formazzjoni mmexxija minn Mons. Louis Suban. |
Il-Ħamis 16 ta’ Novembru | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Is-Sibt 18 ta’ Novembru | Mis-7.00pm ‘il quddiem fis-Sala Ċentru Pastorali jintwera l-film The Swimmers organizzat mill-Kummissjoni Familja. |
Avviżi oħra | Dan il-week-end hemm il-festa ta’ San Martin u l-Fiera fil-Baħrija. Il-ħin tal-Quddies il-Ħadd ikun fis-7.00am, 9.00am u fl-10.30am.
L-Għaqda Drammatika Rabat ser tippreżenta kummiedja fis-Sala Dun Karm Lia llum is-Sibt fis-7.00pm u għada l-Ħadd fl-4.00pm. Biljetti mad-dħul. Ħdejn il-Presbiterju hemm il-Qfif biex niġbru affarijiet ta’ l-ikel għal familji fil-bżonn. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom. Il-ktieb Ilwin il-Festi Maltin – Vol. 12 għall-bejgħ mingħand l-Arċipriet għal prezz ta’ €45. Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |