Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent
Dan il-week-end issir il-ġabra ta’ kull tax-Xahar għall-bżonnijiet ta’ din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tad-donazzjonijiet tagħkom. |
Nhar it-Tnejn 4 ta’ Diċembru | Fis-6.30pm issir il-Lectio Divina fil-Bażilika. Nofs siegħa mal-Kelma t’Alla. Riflessjoni marbuta mal-Evanġelju ta’ żmien l-Avvent minn Patri Paul Attard OFM. |
Nhar it-Tlieta 5 ta’ Diċembru | Fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Pastorali Parrokkjali fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Diċembru | Bħal kull nhar ta’ Erbgħa wara l-Quddies tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 7 ta’ Diċembru | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 8 ta’ Diċembru | Fis-6.00pm Quddiesa Solenni fl-okkażjoni tal-Festa taI-Immakulata Kunċizzjoni bis-sehem tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni. |
Avviżi oħra | Fl-okkażjoni tal-250 sena tal-Vara Titulari ta’ San Pawl fostna se toħroġ Memorabilja kopja tal-Pittura oriġinali tal-artist Marvic Muscat, edizzjoni limitata. Minn hu nteressat ikellem lil xi Membru tal-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl.
Waslu l-kopji ta’ kliem il-Ħajja d-distributuri jekk jogħġobhom jiġbru l-kopji tagħhom mill-Uffiċċju Parrokkjali. Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2024-2025. Nixtiequ ninfurmawkom li r-regolamenti għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta u Għawdex ġew ippubblikati. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website www.knisja.mt Ħdejn il-Presbiterju hemm il-Qfif biex niġbru affarijiet ta’ l-ikel għal familji fil-bżonn. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom. Għada/Illum ser issir mixja favur il-Ħajja minn Pjazza Kastilja. Tibda fit-3.00pm. Il-Bażar tal-Parroċċa ser isir mis-7 ta’ Diċembru sat-13 ta’ Diċembru fil-kuridur tas-Sala. Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |