Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw it-Tieni Ħadd tal-Avvent
Għada/Illum fil-Bażilika jkollna l-Magħmudijiet. |
Nhar it-Tnejn 11 ta’ Diċembru | Fis-6.30pm fil-Bażilika Lectio Divina. Nofs siegħa mal-Kelma t’Alla. Riflessjoni marbuta mal-Evanġelju ta’ żmien l-Avvent minn Patri Paul Attard OFM. |
Nhar it-Tlieta 12 ta’ Diċembru | Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju fis-6.00pm tibda l-Quddiesa u wara ssir laqgħa ta’ Talb immexxija mill-Grupp ta’ San Piju tal-Pjagi. Iqaddes Patri Karm Dimech, Kappuċċin. |
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru | Wara l-Quddies tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni.
Bejn id-9.00am u n-12.30pm Irtir organizzat mil-Lajċi Dumnikani fl-oratorju tal-Knisja ta’ San Duminku. Imexxi Ir-Rev. Patri Reno Muscat OP |
Il-Ħamis 14 ta’ Diċembru | Kif tispiċċa l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 15, is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Diċembru – NOVENA | Il-Ġimgħa: l-ewwel jum: Fis-6.00pm Quddiesa ċċelebrata minn Dun Joe Fsadni u animata mill-Kummissjoni Liturġija. Mistiedna l-Membri tal-Kunsill Pastorali, il-Kunsill Ekonomiku Parrokkjali u l-Kummissjonijiet tal-Parroċċa. Fit-8.00pm Quddiesa għall-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ tal-Parroċċa ċċelebrata mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi.
Is-Sibt: it-Tieni Jum: Fis-6.00pm Quddiesa ċċelebrata mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi u animata mill-Grupp Tiberija Familja. Mistiedna l-Gruppi tal-Familji fi ħdan il-Parroċċa. Il-Ħadd it-Tielet Jum: Fis-6.00pm Quddiesa ċċelebrata minn Dun Joe Fsadni u animata mill-Kor Bażilika San Pawl. F’din il-Quddiesa nitolbu għall-Komunità Parrokkjali b’mod speċjali għall-Benefatturi ħajjin u mejtin. |
Avviżi oħra | Tixtieq issir Abbati? Ingħaqad magħna. Subien minn Year 3 ‘il fuq. Servizz fuq l-altar, laqgħat, logħob u attivitajet. Min hu nteressat ikellem lid-Djaknu Rev. Karl Schembri.
Fl-okkażjoni tal-250 sena tal-Vara Titulari ta’ San Pawl fostna se toħroġ Memorabilja kopja tal-Pittura oriġinali tal-artist Marvic Muscat, edizzjoni limitata. Minn hu nteressat ikellem lil xi Membru tal-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl. Ħdejn il-Presbiterju hemm il-Qfif biex niġbru affarijiet ta’ l-ikel għal familji fil-bżonn. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom. Il-Bażar tal-Parroċċa ser isir ikompli sa nhar l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru fil-kuridur tas-Sala. Jekk jogħġobhom id-distributuri ta’ Kliem il-Ħajja jiġbruhom mill-Uffiċċju. |