Il-Ħadd 21 ta’ Jannar | Niċċelebraw it-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena. – Jum il-Kelma ta’ Alla.
Fl-10.30am waqt il-Quddiesa ssir Ċelebrazzjoni Pawlina għat-Tfal. Festa ta’ San Publju: Fis-6.00pm Translazzjoni tar-Relikwa ta’ San Publju bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl mill-Knisja ta’ San Publju għall-Bażilika ta’ San Pawl u tibda l-Quddiesa Kantata bl-Għasar. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Wara l-Quddiesa ssir ir-ripożizzjoni tar-Relikwa ta’ San Publju fil-Knisja tiegħu. |
It-Tnejn 22 ta’ Jannar | L-ewwel jum ta’ tħejjija għall-Pellegrinaġġ ta’ San Pawl.
•Fis-6.00pm Quddiesa b’riflessjoni dwar San Pawl mir-Rev. Prof. Paul Sciberras. Janima l-Grupp Tiberija Familja. •Wara l-quddiesa ikollna l-laqgha tal-Fratelli. |
It-Tlieta 23 ta’ Jannar | It-tieni jum ta’ tħejjija għall-Pellegrinaġġ ta’ San Pawl.
•Fis-6.00pm Quddiesa u wara riflessjoni dwar San Pawl mir-Rev. Prof. Paul Sciberras. Tanima l-Kummissjoni Liturġija. •Wara l-quddiesa laqgha tal-Kummissjoni Liturġija. |
l-Erbgħa 24 ta’ Jannar | Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesù espost.
It-tielet jum ta’ tħejjija għall-Pellegrinaġġ ta’ San Pawl. Fis-6.00pm Quddiesa u wara riflessjoni dwar San Pawl mir-Rev. Prof. Paul Sciberras. Janima l-Grupp Tiberija Familja. |
Il-Ħamis 25 ta’ Jannar | Festa tal-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl.
Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Kor Bażilika San Pawl. |
Il-Ġimgħa 26 ta’ Jannar | Il-Vara Titulari ta’ San Pawl – Deskrizzjoni u Ġrajja
Fis-6.30pm Preżentazzjoni awdjo-viżiva mis-Sur Joseph Scerri fil-Bażilika. |
Is-Sibt 27 ta’ Jannar | Lejlet il-Pellegrinaġġ bil-Vara Titulari.
•Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. •Fis-6.45pm Translazzjoni Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ San Pawl, Kleru tal-Parroċċa, Abbatini u l-Fratellanza ta’ Sa Pawl li toħroġ mill-Bażilika għall-Grotta ta’ San Pawl u tgħaddi mit-toroq: Kulleġġ, Sant’Antnin, Konti Ruġġieru, Borg Olivier, San Franġisk (isir mument ta’ talb fil-Knisja), il-Kbira, San Pawl u lura għall-Bażilika. Titkanta l-Antifona Sancte Paule u tingħata l-Barka Sagramentali. •Fis-7.30pm marċ mill-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru mill-Pjazza tal-Parroċċa sal-Każin San Pawl. |
Il-Ħadd 28 ta’ Jannar | Nhar il-Pellegrinaġġ bil-Vara Titulari ta’ San Pawl
Il-Quddies ikun fis-6.00am, 7.00am, 8.00am, fl-12pm (kantata) u fis-6.00pm. •Fid-9am jibda ħiereġ il-Pellegrinaġġ li jgħaddi minn: Pjazza tal-Parroċċa, il-Kulleġġ, Kola Xara, Pjazza San Duminku, San Piju V, Ħad Dingli, Ħal Bajjada, San Katald u Pjazza tal-Parroċċa. Isir mument ta’ talb quddiem il-Knisja ta’ San Duminku u quddiem is-Salib ta’ Sant’Agata tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl. Jakkumpanjaw il-Kapitlu, il-Kleru tal-Parroċċa, Fratellanza ta’ San Pawl, l-Abbatini u l-Poplu Rabti. Tieħu sehem il-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru. •F’12.00pm Quddiesa Solenni bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. |
Avviżi oħra: | * Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab marid l-isptar, ġentilment nitolbukom sabiex tavviċinawna. Grazzi.
* Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt. |