Il-Ħadd 4 ta’ Frar | Jum il-Ħajja – fil-Quddies tal-10.30am isir it-tberik tat-trabi fil-ġuf.
Matul din tmiem il-ġimgħa ssir il-ġabra speċjali għal din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem. |
It-Tlieta 6 ta’ Frar | Jibda t-Tberik fid-Djar: Illum Triq San Ġwann l-Għammied. Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. |
L-Erbgħa 7 ta’ Frar | •Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija.
•Fil-Knisja ta’ Ġieżù t-tielet Erbgħa ta’ San Ġużepp. Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.00pm Quddiesa bil-prietka. |
Il-Ħamis 8 ta’ Frar | •Tberik fid-Djar: Toroq Kola Xara u Emanuele Stivala.
•Fis-6.30pm Velja ta’ Talb Parrokkjali bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Liturġija u tal-Fratellanza ta’ San Pawl. |
Il-Ġimgħa 9 ta’ Frar | Tberik fid-Djar: Toroq Ferris, San Luqa u San Patrizju.
Lejlet il-Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl Fl-4.30pm Quddiesa. Fis-6.00pm Quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat l- Anniversarji taż-Żwieġ għal dawk il-koppji li matul din is-sena għalqu jew se jgħalqu 1, 5, 10, 15 u 20 sena miżżewġin bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Dawk li jixtiequ jieħdu sehem, jistgħu jmorru jinkitbu fis-Sagristija jew jirreġistraw direttament permezz ta’ din il-ħolqa: https://rabat.knisja.mt/form. |
Is-Sibt 10 ta’ Frar | Festa tan-Nawfraġju ta’ San Pawl f’Malta (Festa kmandata bl-obbligu tal-Quddies)
Il-Quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am (għat-tfal u l-familji tagħhom) fl-12.00pm u fis-6.00pm. •6pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Kor Bażilika San Pawl. •7.15pm Programm Mużikali Salve Pater Paule mtella’ mill-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru fl-okkażjoni tal-250 sena mill-wasla tal-Vara Titulari ta’ San Pawl fostna. |
Il-Ħadd 11 ta’ Frar | Fis-6pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl u wara jsir id-dħul tal-Vara Titulari ta’ San Pawl fin-niċċa. |
Avviżi oħra: | ØNhar il-Ħadd 11 ta’ Frar ikollna l-Magħmudijiet.
ØProċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta f’Settembru 2024. Applikanti minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti jistgħu japplikaw online bejn l-1 u d-29 ta’ Frar. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website www.knisja.mt Iklikkja fuq Skejjel tal-Knisja. ØIl-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li minn nhar il-Ħadd 11 ta’ Frar u l-Ħdud ta’ wara ħlief fis-17 ta’ Marzu ser issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Minn hu nteressat imur fil-Kunvent tal-Patrijiet Ta’ Ġieżù fil-jiem imsemmija bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu. ØJekk tafu li xi ħadd jinsab l-isptar, nitolbukom tinfurmawna. Grazzi. |