Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 24 TA’ MARZU 2024

Il-Ħadd 24 ta’ Marzu Ħadd il-Palm u l-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Fl-9.45am toħroġ il-Purċissjoni u tgħaddi  mill-Pjazza tal-Parroċċa, Triq il-Kulleġġ fejn quddiem il-Knisja ta’ San Bastjan isir it-tberik tal-Palm u tal-friegħi taż-Żebbuġ. Wara l-Purċissjoni ssegwi Triq il-Kulleġġ, Santa Marija, San Publju, il-Kulleġġ u Pjazza tal-Parroċċa. Il-Purċissjoni tkun akkumpanjata mill-Arċikonfraternità tas-Ssmu Sagrament, mill-1st Rabat Scout Group u 7th Rabat Girl Guides u mit-tfal u personaġġi lebsin ta’ Lhud.

Fl-10.30am Quddiesa għat-tfal animata mill-Grupp Tiberija Familja.

Fis-6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

It-Tnejn 25 ta’ Marzu: It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

Fis-6.30pm: Riflessjoni fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont l-Evanġelju ta’ San Ġwann minn Dun Peter Ellul.

It-Tlieta 26 ta’ Marzu: It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

Fis-6.30pm: Titkompla r-Riflessjoni dwar il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont l-Evanġelju ta’ San Ġwann minn Dun Peter Ellul.

L-Erbgħa 27 ta’ Marzu: L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

Fit-8.30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.

Fis-6.30pm: Riflessjoni dwar l-aħħar seba’ kelmiet ta’ Ġesù fuq is-Salib mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi.

Il-Ħamis 28 ta’ Marzu:

ĦAMIS IX-XIRKA

Filgħodu ma jkunx hawn Quddies.

Fl-4.30pm Quddiesa għat-tfal tal-Parroċċa ta’ Ħamis ix-Xirka fejn isir il-ħasil tar-riġlejn.

Fis-6.00pm Quddiesa Solenni Konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u Kleru tal-Parroċċa fejn isir ir-rit tal-ħasil tar-riġlejn u jiġi mfakkar it-twaqqif tas-Sagramenti tal-Ewkaristija u tas-Saċerdozju. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl.

•Wara l-Quddiesa ssir purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija akkumpanjat mill-Arċikonfraternità tas-SS. Sagrament li toħroġ għaz-Zuntier lejn il-Pjazza tal-Parroċċa u tidħol fil-Bażilika. Is-Sagrament jitqiegħed fuq l-Altar tar-Repożizzjoni fl-altar tal-Madonna tal-Grazzja.

•Wara l-funzjoni jkun hemm visti għal dawk li ma jistgħux jagħmluhom minn Knisja għall-oħra.

Fl-10.00pm: Sahra mal-Mulej. Adorazzjoni quddiem l-Altar tar-Repożizzjoni organizzata mill-Kummissjoni Familja u Animata mill-Grupp Tiberija Familja.

Fil-11.00pm: Sahra mal-Mulej. Adorazzjoni għall-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ quddiem l-Altar tar-Repożizzjoni.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu:

IL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fit-8.00am: Talb ta’ tifħir ta’ sbiħ il-jum mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata.

Fl-10.00am Mument ta’ talb għat-tfal tal-Parroċċa organizzata mill-Kummissjoni Tfal.

Fit-3.00pm Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Ikun hemm l-Adorazzjoni u l-bews tas-Salib u jkun hemm it-Tqarbin. Ikanta l-Kor tal-Bażilika San Pawl.

Is-Sibt 30 ta’ Marzu:

SIBT IL-GĦID

Fit-8.30am Talb ta’ tifħir ta’ sbiħ il-jum mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata.

Fis-7.00pm Tiftaħ il-Knisja.

Fit-8.00pm Tibda l-funzjoni solenni tal-Vġili tal-Għid li tinkludi l-Mixgħela tan-Nar, il-Liturġija tal-Kelma, it-Tħabbira tal-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu bil-kant tal-Glorja, il-Liturġija tal-Magħmudija u tal-Ewkaristija bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Kif tintemm il-funzjoni tal-Knisja ikollna mument soċjali flimkien fil-Pjazza tal-Parroċċa.

Il-Ħadd 31 ta’ Marzu: ĦADD IL-GĦID:

Il-Quddies ikun fis-6.00am, 7.30am, 9.00am, 12.00pm u 6.00pm. Tal-10.30am ma ssirx.

Fid-9.00am Quddiesa tal-Għid il-Kbir għa t-tfal u l-familji. Janima l-Grupp Tiberija Familja.

Fl-10.00am Purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa, Abbatini, Arċikonfraternità tas-Sagrament u Personaġġi Bibbliċi. Isir it-Tberik tat-tfal u tal-figolli u bajd tal-Għid. Il-Purċissjoni tgħaddi minn dawn it-Toroq: Pjazza tal-Parroċċa, il-Kulleġġ, Santa Marija, Sant’Antnin, il-Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa, San Pawl, San Ġużepp, Pjazza l’Isle Adam, Santu Wistin, is-Saqqajja, il-Kbira, San Pawl, Pjazza tal-Parroċċa u lura lejn il-Bażilika. Il-Banda Konti Ruġġieru ddoqq valzi tal-Għid tul il-Purċissjoni.

Avviżi oħra: Il-Ħadd 7 ta’ April issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna.
Tags: No tags

Comments are closed.