Il-Ħadd 7 ta’ April | It-Tieni Ħadd tal-Għid – Jum il-Ħniena Divina.
•Wara l-Quddiesa tad-9.00am joħroġ il-Vjatku Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa u tal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Sagrament li jgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, Sant’Antnin, Santa Marija, Konti Ruġġieru, San Publju, il-Kulleġġ u lura għall-Pjazza tal-Parroċċa. •Filgħaxija tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Ħniena Divina, fejn fil-5pm ikun hawn Adorazzjoni u fis-6pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. |
It-Tnejn 8 ta’ April | •Ikompli t-Tberik tal-Familji:
Fit-8.30am: Raba’ Nemel, Ħofret ir-Rizz, Ta’ Rbazza, il-Ħamri u Għar-Żgħurija. Fl-4.30pm: Toroq San Pawl, Fra Diegu, Doni, Doni l-Qadima u Indrì Borg. •Fis-7.30pm: Issir il-Laqgħa għall-Għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
It-Tlieta 9 ta’ April | •Tberik tal-Familji:
Fit-8.30am: l-Għemmieri u Ġnien Fieres. Fl-4.30pm: Toroq Patrijiet, Bir Iljun, Dejqa, Mitħna u San Martin. •Fil-5.30pm: Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp ta’ talb ta’ San Piju tal-Pjagi. |
L-Erbgħa 10 ta’ April | Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 11 ta’ April | •Ikompli t-Tberik tal-Familji:
Fit-8.30am: l-Imtaħleb Fl-4.30pm: Toroq: Karrijiet, Zondadari, Labini, San Bartilmew, San Ġużepp, L’Isle Adam, Santu Wistin u s-Saqqajja. •Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollma Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra: | •Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab l-Isptar ikellimna biex immorru nżuruhom.
•Ser isir il-Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79226606. •Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |