Il-Ħadd 14 ta’ April | Niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Għid: Għarfuh fil-qsim tal-ħobż. |
It-Tnejn 15 ta’ April | Ikompli t-Tberik tal-Familji:
ØFit-8.30am: in-Nadur, Tas-Salib, Binġemma (in-naħa tal-Kappella u tal-Fortizza) u Dwejra. ØFl-4.30pm: Għeriexem Flats, Għeriexem, Mużew, Wesgħa tal-Mużew u Vjal Santu Wistin. Fis-7.30pm: Issir il-Laqgħa għall-Għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
It-Tlieta 16 ta’ April | Tberik tal-Familji:
ØFit-8.30am: Landrijiet, Wied il-Bużbież u l-inħawi. ØFl-4.30pm: Triq Ħad Dingli u Vjal il-Ħaddiem. |
L-Erbgħa 17 ta’ April | Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 18 ta’ April | Ikompli t-Tberik tal-Familji:
ØFit-8.30am: Wied Ġerżuma, Bieb ir-Ruwa u l-Kunċizzjoni ØFl-4.30m: Toroq Santa Rita, Ġilormu Dingli, Mikiel Spiteri (Kilin) u Sqaq u Dun Franġisk Catania. Fis-7pm fil-Bażilika tagħna ser issir Velja ta’ Talb bi tħejjija għall-ordinazzjoni presbiterali ta’ Dun Karl Andrew Schembri, Dun Malcolm Saliba u Rev. Robert Rizzo SJ. Inħeġġukom biex tattendu. |
Il-Ġimgħa 19 ta’ April | L-Għaqda Kompensatriċi ser torganizza Jum il-Vokazzjonijiet.
Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u wara Quddiesa għall-bżonnijiet ta’ aktar vokazzjonijiet fil-Bażilika. |
Is-Sibt 20 ta’ April | Fid-9.30am Ordinazzjoni Presbiterali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ta’ tlett saċerdoti ġodda, fosthom id-Djaknu Dun Karl Andrew Schembri li bħalissa qed iservi fil-Parroċċa tagħna. Nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjonijiet.
Għal din l-okkażjoni qed jiġi organizzat it-trasport. Fit-8.30am nitilqu minn Triq Santa Rita. Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali. |
Avviżi oħra | •Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab l-Isptar ikellimna biex immorru nżuruhom.
•Ser isir il-Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79226606. •Tista’ tara l-Avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |