Il-Ħadd 28 ta’ April | Il-Ħames Ħadd tal-Għid. |
It-Tnejn 29 ta’ April | Ikompli t-Tberik tal-Familji:
Fl-4.30pm: Santa Katarina (tad-Daħla) |
It-Tlieta 30 ta’ April | Tberik tal-Familji:
Fl-4.30pm: Bir ir-Riebu (bl-Isqaqien) |
L-Erbgħa 1 ta’ Mejju | Jum il-Ħaddiem.
Il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal dak ta’ fost il-ġimgħa: 7am, 8am u 6pm. Wara l-Quddiesa tat-8am ikollna l-Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 2 ta’ Mejju | Ikompli t-Tberik tal-Familji:
Fl-4.30m: Toroq Pierre Muscat u Mons. Anton Buhagiar Wara l-Quddiesa tas-6pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju | L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.
Wara l-Quddies tas-6pm ikollna l-Adorazzjoni. |
Avviżi oħra:
Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju u s-Sibt 4 ta’ Mejju |
Ikel Missirijietna. Il-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl, ser itella’ attività b’risq il-festi tagħna fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa. Din tibda mis-6.30pm ‘il quddiem.
•Jekk xi ħadd għandu xi qraba l-isptar, nitolbuh ikellimna sabiex inżuruhom.
•Infarkkru fil-Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79226606.
•Id-distributuri ta’ Kliem il-Ħajja jistgħu jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.
•Il-Ħadd li ġej 5 ta’ Mejju jkun l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna.
•Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |