Il-Ħadd 19 ta’ Mejju | Solennità tal-Għid il-Ħamsin – Pentekoste
Fl-10.30am Quddiesa li fiha għadd ta’ Adoloxxenti ser jagħmlu t-Talba Uffiċjali biex f’Ottubru li ġej jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Għal din l-okkażjoni mistiedna l-ġenituri, parrini u katekisti. |
L-Erbgħa 22 ta’ Mejju | Fit-8.30am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 23 ta’ Mejju | Fis-6.00pm: Ċelebrazzjoni Marjana għat-Tfal tal-Museum u taċ-Ċentru tad-Duttrina tan-Nigret. Wara jkun hemm ċelebrazzjoni fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa u ssir l-inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna. Inħeġġu lit-tfal u l-Katekisti biex jattendu. |
Is-Sibt 25 ta’ Mejju | Fis-6.00pm Quddiesa tal-ftuħ tal-Festi ta’ Corpus Domini u San Pawl iċċelebrata mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi u animata mill-Grupp Tiberija Familja. Wara ser issir attività soċjali fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa. Biljetti jinkisbu mingħand il-Membri tal-Kumitat. |
Il-Ħadd 26 ta’ Mejju | Fil-Quddiesa tal-10.30am ser issir Quddiesa ta’ radd il-ħajr mill-Kan. John Buhagiar hekk kif ser jibda ħidma ġdida fil-Kolleġġjata tan-Naxxar. Filwaqt li nirringrazzjawh, inwiegħduh it-talb tagħna. |
Avviżi oħra:
Is-Sibt 18 ta’ Mejju u l-Ħadd 19 ta’ Mejju |
L-Għaqda Drammatika Rabat itella’ rappreżentazzjoni teatrali fis-Sala Dun Karm Lia llum is-Sibt fis-7.00pm u għada l-Ħadd fl-4.00pm. Biljetti mad-dħul.
Anniversarji taż-Żwieġ Fl-okkażjoni tal-Festi ta’ Corpus Domini u San Pawl, ser niċċelebraw l-Anniversarji taż-Żwieġ, il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2024 fil-Quddiesa tas-6pm. Dawk il-koppji li għalqu 1, 5, 15, 20, 25, 30, 35, 40, 45, 50, 55, 60, 65 jew 70 sena żwieġ u jixtiequ jipparteċipaw, jistgħu jagħmlu dan billi jmorru jinkitbu fis-Sagristija jew jinfurmaw lil xi membri tal-Kummissjoni Parrokkjali Familja.
Professjoni Fratelli u Konsorelle ġodda Ser terġa’ ssir il-Professjoni tal-Fratelli u Konsorelle ġodda fi ħdan il-Fratellanzi tal-Parroċċa. Din ser tkun il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju fl-aħħar Jum tat-Tridu ta’ Corpus, fis-6.30pm. Dawk li jixtiequ jipprofessaw, huma mitluba jinkitbu għand l-Arċipriet. L-età li wieħed jista‘ jissieħeb hija dik ta’ minn 16-il sena ‘il fuq.
•Jekk xi ħadd għandu xi qraba l-isptar, nitolbuh ikellimna sabiex inżuruhom. •Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |