Is-Sibt 1 ta’ Ġunju u
l-Ħadd 2 ta’ Ġunju |
Niċċelebraw is-Solennità ta’ Corpus Christi.
Issir il-ġabra speċjali għall-din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem. |
L-Erbgħa 5 ta’ Ġunju | Wara l-Quddiesa tat-8am ikollna l-Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 6 ta’ Ġunju | Wara l-Quddiesa tas-6pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju | Fl-okkażjoni tal-Festi ta’ Corpus Domini u San Pawl fil-Quddiesa tas-6.00pm niċċelebraw l-Anniversarji taż-Żwieġ għal dawk il-koppji li għalqu 1, 5, 15, 20, 30, 35, 40, 45, 50, 55, 60, 65 jew 70 sena żwieġ. Dawk li jixtiequ jipparteċipaw, jinkitbu l-Uffiċċju Parrokkjali mill-aktar fis. Grazzi. |
Avviżi oħra:
Il-Ħadd 9 ta’ Ġunju |
5.55pm issir l-Offerta taż-żejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ l-Imġarr u fis-6pm tibda Quddiesa bis-sehem tal-Parroċċa tal-Imġarr u tal-Kor Bażilika San Pawl. Jieħdu sehem il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.
Professjoni tal-Fratelli u Konsorelle ġodda Ser terġa’ ssir il-Professjoni tal-Fratelli u Konsorelle ġodda fi ħdan il-Fratellanzi tal-Parroċċa. Din ser tkun il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju fl-aħħar Jum tat-Tridu ta’ Corpus fis-6.30pm. Dawk li jixtiequ jipprofessaw jinkitbu għand l-Arċipriet jew jimlew il-formola f’din il-ħolqa: https://forms.gle/FbnzAk2fWyXgKjVh6. •Jekk xi ħadd għandu xi qraba l-isptar, nitolbuh ikellimna sabiex inżuruhom. •Hekk kif resqin lejn is-Sajf, nitolbukom sabiex meta tiġu l-knisja, taraw li l-ilbies ikun diċenti u li jixraq lid-Dar t’Alla. •Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt |