Is-Sibt 2 ta’ Novembru u Il-Ħadd 3 ta’ Novembru |
Niċċelebraw il-31 Ħadd ta’ matul is-sena.
Dan il-week-end issir il-ġabra speċjali għall-Knisja Bażilika tagħna. Grazzi tal-ġenerożità dejjiema tagħkom. |
It-Tlieta 5 ta’ Novembru | Issir il-ħarġa għal Birgu. Tluq fit-8.30am. |
L-Erbgħa 6 ta’ Novembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika. |
Avviżi oħra: | •Dawk li rċevew s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof, huma mħeġġin jibdew jattendu l-laqgħat u l-attivitajiet organizzati għalihom mill-Grupp taż-Żgħażagħ Tiberija Youths jew Museum Subien. Għal iżjed informazzjoni żur il-paġna tal-Facebook jew kellem lil Fr. Karl Andrew Schembri.
•Beda Kors Liturġiku għall-Operaturi Pastorali. Ħames laqgħat ta’ formazzjoni kull nhar ta’ Tlieta bejn is-6:30 u s-7:30pm. L-ewwel laqgħa saret nhar it-Tlieta li għaddiet. Min huwa nteressat ikellem lil xi Saċerdot. Fl-aħħar jingħata ċertikat tal-parteċipazzjoni. •Il-kannierja tal-Bażilika tkun miftuħa f’Novembru: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-6.30am sad-9.00am u mill-5.15pm sas-6.00pm. Is-Sibt: mis-6.30am sad-9.00am u mill-3.45pm sas-6.00pm. Il-Ħadd: mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.00pm. •Is-Sibt 9 ta’ Novembru Jum il-festa ta’ San Martin ġewwa l-Baħrija. Fis-7.15pm toħroġ il-Purċissjoni. Il-Ħadd 10 ta’ Novembru ssir il-fiera tradizzjonali. Ħinijiet tal-Quddies ikun fis-7.00am, 9.00am u fl-10.30am. •Fil-Bażilika il-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-Quddies tal-10.30am titqassam il-borża ta’ San Martin lit-tfal. Kitba mill-Uffiċċju Parrokkjali. •Għal iżjed informazzjoni dwar il-Parroċċa, żur il-website: https://rabat.knisja.mt |