Is-Sibt 9 ta’ Novembru u il-Ħadd 10 ta’ Novembru |
Niċċelebraw il-32 Ħadd ta’ matul is-sena.
Illum is-Sibt jum il-festa ta’ San Martin ġewwa l-Baħrija. Fis-7.15pm toħroġ il-Purċissjoni. Illum/Għada l-Ħadd issir il-fiera tradizzjonali tal-Baħrija. Il-ħinijiet tal-Quddiesa jkunu fis-7.00am, 9.00am u fl-10.30am. Fil-quddiesa tal-10:30am niċċelebraw lil San Martin. Wara l-quddiesa titqassam il-borża ta’ San Martin lit-tfal. Il-Quddiesa ta’ 12pm tkun għar-ruħ il-membri u bandisti mejtin fi ħdan is-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru. Wara jkun hawn korteo saċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita. |
It-Tnejn 11 ta’ Novembru | Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju mill-Grupp ta’ Talb ta’ San Padre Pio tal-Pjagi. Wara quddiesa minn Patri Karm Dimech OFM Cap. Il-quddiesa tkun offruta għall-erwieħ membri tal-Fratellanza ta’ San Pawl u tkun bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. |
It-Tlieta 12 ta’ Novembru | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir it-tielet laqgħa tal-Kors Liturġiku għall-Operaturi Pastorali fis-Sala Parrokkjali. |
L-Erbgħa 13 ta’ Novembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Il-Quddiesa tas-6.00pm ser issir fil-Kannierja u wara jitbierku l-oqbra. |
Il-Ħamis 14 ta’ Novembru | Fl-4.30pm issir Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita u wara jitbierku l-oqbra.
Fis-7pm issir laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. |
Avviżi oħra: | •Fil-Knisja tistgħu ssibu l-programm tal-100 sena mit-tiġrif tal-koppla fejn fost affarijiet ser ikun hawn wirja fil-Mużew Wignacourt mill-20 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru, tliet taħdidiet, Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fid-29 ta’ Novembru fl-10.30pm (ta’ bil-lejl) minn Mons. Arċisqof, Akkademja Mużiko-Letterarja s-Sibt 30 ta’ Novembru fis-7pm, Pellegrinaġġ Aux Flambeaux bil-Vara tal-Immakulata Kunċizzjoni s-Sibt 7 ta’ Diċembru fis-6.45pm u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru wara l-quddiesa kantata tad-9am tal-Festa tal-Kunċizzjoni, ser tinkixef irħama kommemorattiva fuq iz-Zuntier tal-Bażilika.
•Inħeġġu liż-żgħażagħ biex jattendu l-laqgħat apposta għalihom fil-Museum tas-Subien u/jew kull nhar ta’ Ġimgħa organizzati mill-Grupp Tiberija Youths. Għal żjed informazzjoni żuru l-paġna tal-FaceBook jew kellmu lil Fr. Karl Andrew Schembri. •Matul ix-Xahar ta’ Novembru l-kannierja tal-Bażilika tkun miftuħa hekk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-6.30am sad-9.00am u mill-5.15pm sas-6.00pm. Is-Sibt: mis-6.30am sad-9.00am u mill-3.45pm sas-6.00pm. Il-Ħadd: mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.00pm. •Għal iżjed informazzjoni dwar il-Parroċċa, żur il-website: https://rabat.knisja.mt |