Is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Novembru | Niċċelebraw it-33 Ħadd ta’ matul is-sena.
Jum il-foqra. |
It-Tnejn 18 ta’ Novembru | Il-quddiesa tas-6:00pm tkun b’sufraġju għall-erwieħ tal-Fratellanzi tal-Kunċizzjoni, San Mikiel, Qalb ta’ Ġesu u tad-Duluri. |
It-Tlieta 19 ta’ Novembru | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir ir-raba’ laqgħa tal-Kors Liturġiku għall-Operaturi Pastorali fis-Sala Parrokkjali. |
L-Erbgħa 20 ta’ Novembru | Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Mill-lum l-Erbgħa sa’ nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru ser tittella’ wirja fil-Mużew Wignacourt – ir-Rabat 1924 – Ġrajjet tlett Koppli. F’din il-wirja ser ikun hemm esebiti għadd ta’ ritratti, dokumenti u oġġetti nteressanti marbuta mal-ġrajja tal-koppla. L-inawgurazzjoni tkun nhar l-Erbgħa fis-6.30pm u tkun miftuħa kuljum mid-9.30am sal-5.00pm. Id-dħul għall-wirja biss ikun bla ħlas. |
Avviżi oħra: | •Fil-Knisja tistgħu ssibu l-programm tal-100 sena mit-tiġrif tal-koppla fejn fost affarijiet ser ikun hawn wirja fil-Mużew Wignacourt mill-20 ta’ Novembru sal-10 ta’ Diċembru, tliet taħdidiet, Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr fid-29 ta’ Novembru fl-10.30pm (ta’ bil-lejl) minn Mons. Arċisqof, Akkademja Mużiko-Letterarja s-Sibt 30 ta’ Novembru fis-7pm, Pellegrinaġġ Aux Flambeaux bil-Vara tal-Immakulata Kunċizzjoni s-Sibt 7 ta’ Diċembru fis-6.45pm u l-Ħadd 8 ta’ Diċembru wara l-quddiesa kantata tad-9am tal-Festa tal-Kunċizzjoni, ser tinkixef irħama kommemorattiva fuq iz-Zuntier tal-Bażilika.
•Nhar il-Ħadd 24 ta’ Novembru: Il-Knisja Tiegħi; fl-10.30am Quddiesa għat-Tfal tal-Parroċċa. F’din il-Quddiesa ser jiġi spjegat lit-tfal x’ġara fir-Rabat mitt sena ilu u għaliex qed niċċelebraw dan l-anniverarju. Għal din l-okkażjoni ser tingħata tifkira. Quddiesa animata mill-Grupp Tiberija Familja. •Inħeġġu liż-żgħażagħ biex jattendu l-laqgħat apposta għalihom fil-Museum tas-Subien u/jew kull nhar ta’ Ġimgħa organizzati mill-Grupp Tiberija Youths. Għal żjed informazzjoni żuru l-paġna tal-FaceBook jew kellmu lil Fr. Karl Andrew Schembri. •Matul ix-Xahar ta’ Novembru l-kannierja tal-Bażilika tkun miftuħa hekk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: mis-6.30am sad-9.00am u mill-5.15pm sas-6.00pm. Is-Sibt: mis-6.30am sad-9.00am u mill-3.45pm sas-6.00pm. Il-Ħadd: mill-5.30am sal-11.30am u mill-5.15pm sas-6.00pm. •Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2025-2026. Nixtiequ ninfurmawkom li r-regolamneti għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta ġew ippublikati. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-Website www.knisja.mt •Għal iżjed informazzjoni dwar il-Parroċċa, żur il-website: https://rabat.knisja.mt |