Is-Sibt 14 u l-Ħadd 15 ta’ Diċembru | Niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Avvent.
Illum/Għada tibda n-novena tal-Milied. Fis-6.00pm Quddiesa tan-Novena animata mill-Kor Bażilika San Pawl. F’din il-Quddiesa nitolbu għall-Komunità Parrokkjali tagħna. Għada/Illum fis-6.00pm jibda l-ħidma Pastorali fil-Parroċċa tal-Imġarr Dun Sean Abela bħala Kappillan. Dawk li se jattendu jridu jkunu f’posthom fil-5.30pm. |
It-Tnejn 16 ta’ Diċembru | Fil-5:15pm attività għat-tfal tad-duttrina, fiċ-ċentru tal-katekiżmu, in-Nigret.
Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm animata mill-Grupp Tiberija Familja. Mistiedna l-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, tal-Kummissjonijiet u tal-Għaqdiet tal-Parroċċa. |
It-Tlieta 17 ta’ Diċembru | Fil-5:15pm attività għat-tfal tad-duttrina, fiċ-ċentru tal-katekiżmu, in-Nigret.
Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm. Janima il-Kor Bażilika San Pawl. Nitolbu għar-refuġjati, emigranti u barranin li jinsabu f’pajjiżna. |
L-Erbgħa 18 ta’ Diċembru | Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm, animata mill-Kummissjoni Liturġija. Mistiedna l-anzjani tal-Parroċċa.
Wara l-Quddiesa jkollna l-Lectio Divina. |
Il-Ħamis 19 ta’ Diċembru | Quddiesa tan-Novena tal-Milied fis-6pm, animata mill-Grupp Tiberija Familja. Mistiedna dawk li jagħtu servizz fil-Liturġija fil-Parroċċa. |
Il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru | Fis-6pm Quddiesa tan-Novena tal-Milied għat-tfal, animata mill-Kummissjoni Tfal. Mistiedna it-tfal kollha. Fl-aħħar isir it-tberik tal-Bambini u tingħata tifkira.
Fit-8.30pm Novena għall-Adolexxenti u għaż-Żgħażagħ fil-Bażilika. |
Is-Sibt 21 ta’ Diċembru | Il-Quddiesa tan-novena tal-Milied animata mill-Grupp Tiberija Familja. F’din il-Quddiesa nitolbu għall-foqra u l-emarġinati fis-soċjetà.
Fis-7pm fil-Bażilika se jsir kunċert tal-Milied mis-Soċjetà San Pawl, Banda Konti Ruġġieru. |
Avviżi Oħra | •Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru, Mons. Arċisqof se jkun qed jiġi jqaddes fil-Bażilika. Din se tkun quddiesa mxandra fuq it-TV u għalhekk il-quddiesa tad-9am dakinhar biss issir fid-9:30am. Dakinhar filgħaxija l-Arċisqof se jkun qed jiftaħ il-Ġublew tat-Tama f’Malta. Għalhekk Mons. Arċisqof se jkun qed imexxi pellegrinaġġ mill-Bażilika sal-Katidral tal-Imdina fil-5pm. Dakinhar il-quddiesa tas-6pm fil-Bażilika ma ssirx sabiex ikunu nistgħu nieħdu sehem fil-quddiesa tas-6pm fil-Katidral. |