Is-Sibt 18 u
l-Ħadd 19 ta’ Jannar |
It-Tieni Ħadd ta’ matul is-Sena
Illum is-Sibt fil-Bażilika bi tħejjija għall-Ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda fost l-Insara wara l-Quddiesa tas-6pm, Patri Christopher Caruana O.P. jagħmel riflessjoni dwar l-Ekumeniżmu u l-Għaqda fost il-Knejjes Nsara. Għada/Illum Festa ta’ San Publiju. Fis-5.45pm Translazzjoni bir-Relikwa mill-Knisja ta’ San Publiju għall-Bażilika ta’ San Pawl. |
It-Tnejn 20 ta’ Jannar | Festa ta’ San Sebastjan: fil-Knisja tiegħu fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u Kurunella. Fis-6.00pm Quddiesa mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi u wara tingħata l-Barka Sagramentali.
Fis-7.30pm issir it-tieni laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-Qrib għal Żwieġ Nisrani, fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
It-Tlieta 21 ta’ Jannar | Illum jibda t-Tberik tal-Familji fi Triq San Ġwann l-Għammied. Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm. |
L-Erbgħa 22 ta’ Jannar | Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni. |
Il-Ħamis 23 ta’ Jannar | Ikompli t-Tberik f’Toroq Kola Xara u Emmauele Stivala.
Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 24 ta’ Jannar | Tberik f’dawn it-Toroq: Ferris, San Luqa u San Patrizju. |
Is-Sibt 25 ta’ Jannar | Festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl
Fil-5:30pm: Għasar Fis-6pm: Quddiesa kantata bis-sehem tal-Fratellanza u tal-Kor Bażilika San Pawl. |
Avviżi oħra | •Nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar se ssir l-ewwel Laqgħa għall-ġenituri u parrini tat-tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof f’Ottubru li ġej. Din se ssir fil-Bażilika fis-7pm.
•Tixtieq issir Abbati? Ingħaqad magħna. Subien minn year 3 ‘il fuq. Servizz fuq l-Altar. Laqgħat. Logħob u attivitajiet. Kellmu lil Fr. Karl Andrew Schembri jew ċemplu: 99524017. |