Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 19 TA’ MEJJU 2024

Il-Ħadd 19 ta’ Mejju Solennità tal-Għid il-Ħamsin – Pentekoste

Fl-10.30am Quddiesa li fiha għadd ta’ Adoloxxenti ser jagħmlu t-Talba Uffiċjali biex f’Ottubru li ġej jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Għal din l-okkażjoni mistiedna l-ġenituri, parrini u katekisti.

L-Erbgħa 22 ta’ Mejju Fit-8.30am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni.
Il-Ħamis 23 ta’ Mejju Fis-6.00pm: Ċelebrazzjoni Marjana għat-Tfal tal-Museum u taċ-Ċentru tad-Duttrina tan-Nigret. Wara jkun hemm ċelebrazzjoni fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa u ssir l-inkurunazzjoni tal-istatwa tal-Madonna. Inħeġġu lit-tfal u l-Katekisti biex jattendu.
Is-Sibt 25 ta’ Mejju Fis-6.00pm Quddiesa tal-ftuħ tal-Festi ta’ Corpus Domini u San Pawl iċċelebrata mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi u animata mill-Grupp Tiberija Familja. Wara ser issir attività soċjali fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa. Biljetti jinkisbu mingħand il-Membri tal-Kumitat.
Il-Ħadd 26 ta’ Mejju Fil-Quddiesa tal-10.30am ser issir Quddiesa ta’ radd il-ħajr mill-Kan. John Buhagiar hekk kif ser jibda ħidma ġdida fil-Kolleġġjata tan-Naxxar. Filwaqt li nirringrazzjawh, inwiegħduh it-talb tagħna.
Avviżi oħra:

Is-Sibt 18 ta’ Mejju

u l-Ħadd 19 ta’ Mejju

L-Għaqda Drammatika Rabat itella’ rappreżentazzjoni teatrali fis-Sala  Dun Karm Lia llum is-Sibt fis-7.00pm u għada l-Ħadd fl-4.00pm. Biljetti mad-dħul.

Anniversarji taż-Żwieġ

Fl-okkażjoni tal-Festi ta’ Corpus Domini u San Pawl, ser niċċelebraw l-Anniversarji taż-Żwieġ, il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2024 fil-Quddiesa tas-6pm. Dawk il-koppji li għalqu 1, 5, 15, 20, 25, 30, 35, 40, 45, 50, 55, 60, 65 jew 70 sena żwieġ u jixtiequ jipparteċipaw, jistgħu jagħmlu dan billi jmorru jinkitbu fis-Sagristija jew jinfurmaw lil xi membri tal-Kummissjoni Parrokkjali Familja.

 

Professjoni Fratelli u Konsorelle ġodda

Ser terġa’ ssir il-Professjoni tal-Fratelli u Konsorelle ġodda fi ħdan il-Fratellanzi tal-Parroċċa. Din ser tkun il-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju fl-aħħar Jum tat-Tridu ta’ Corpus, fis-6.30pm. Dawk li jixtiequ jipprofessaw, huma mitluba jinkitbu għand l-Arċipriet. L-età li wieħed jistajissieħeb hija dik ta’ minn 16-il sena ‘il fuq.

 

•Jekk xi ħadd għandu xi qraba l-isptar, nitolbuh ikellimna sabiex inżuruhom.

•Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 12 TA’ MEJJU 2024

Il-Ħadd 12 ta’ Mejju Solennità tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema, Lapsi.

Illum huwa wkoll il-Jum Dinji tal-Mezzi tal-Komunikazzjoni.

Niċċelebraw Jum l-Omm. Fl-10.30am Quddiesa ddedikata għall-Ommijiet ħajjin u niftakru f’dawk mejtin fit-talb tagħna.

Il-Kannierja tkun miftuħa:

Is-Sibt mill-4.00pm sas-6.00pm.

Il-Ħadd mis-6.00am sa 12.00pm u mill-5.00pm sas-6.00pm.

It-Tnejn 13 ta’ Mejju Festa tal-Madonna ta’ Fatima.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ser issir laqgħa ta’ formazzjoni bi tħejjija għall-Festa tal-Għid il-Ħamsin. It-tema hija: Is-sinifikat tal-Għid il-Ħamsin fid-dinja tal-lum. Kelliemi Patri Martin Galea MSSP.

L-Erbgħa 15 ta’ Mejju Fit-8.30am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni.
Il-Ħamis 16 ta’ Mejju Fis-6.30pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju Fis-6pm: Velja ta’ Talb ta’ Pentecoste bis-sehem tal-Parroċċa u l-Komunitajiet Reliġjużi tar-Rabat. Din ser tkun fil-Knisja ta’ Sant’Agata. Dakinhar ma jsirx Quddies fil-Knejjes tar-Rabat.

Fit-8.30pm: Programm Mużikali Annwali mtella’ mill-Banda Konti Ruġġieru fil-Pjazza tal- Parroċċa.

Is-Sibt 18 u l-Ħadd 19 ta’ Mejju L-Għaqda Drammatika Rabat ser ittella rappreżentazzjoni teatrali fis-Sala Dun Karm Lia. Is-Sibt fis-7.00pm u l-Ħadd fl-4.00pm.
Il-Ħadd 19 ta’ Mejju Solennità ta’ Għid il-Ħamsin. Fl-10.30am Quddiesa li fiha għadd ta’ Adolexxenti ser jagħmlu t-talba uffiċċjali biex f’Ottubru li ġej jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Għal din l-okkażjoni mistiedna l-Ġenituri, Parrini u Katekisti.
Avviżi oħra: •Jekk xi ħadd għandu xi qraba l-isptar, nitolbuh ikellimna sabiex inżuruhom.

•Infakkru fil-Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79226606.

•Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 28 TA’ APRIL 2024

Il-Ħadd 28 ta’ April Il-Ħames Ħadd tal-Għid.
It-Tnejn 29 ta’ April Ikompli t-Tberik tal-Familji:

Fl-4.30pm: Santa Katarina (tad-Daħla)

It-Tlieta 30  ta’ April Tberik tal-Familji:

Fl-4.30pm: Bir ir-Riebu (bl-Isqaqien)

L-Erbgħa 1 ta’ Mejju Jum il-Ħaddiem.

Il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal dak ta’ fost il-ġimgħa: 7am, 8am u 6pm.

Wara l-Quddiesa tat-8am ikollna l-Adorazzjoni.

Il-Ħamis 2 ta’ Mejju Ikompli t-Tberik tal-Familji:

Fl-4.30m: Toroq Pierre Muscat u Mons. Anton  Buhagiar

Wara l-Quddiesa tas-6pm ikollna l-Adorazzjoni fis-skiet.

Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar.

Wara l-Quddies tas-6pm ikollna l-Adorazzjoni.

Avviżi oħra:

Il-Ġimgħa 3 ta’ Mejju

u s-Sibt 4 ta’ Mejju

Ikel Missirijietna. Il-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl, ser itella’ attività b’risq il-festi tagħna fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa. Din tibda mis-6.30pm ‘il quddiem.

•Jekk xi ħadd għandu xi qraba l-isptar, nitolbuh ikellimna sabiex inżuruhom.

 

•Infarkkru fil-Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79226606.

 

•Id-distributuri ta’ Kliem il-Ħajja jistgħu jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

•Il-Ħadd li ġej  5 ta’ Mejju jkun l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna.

 

•Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 14 TA’ APRIL 2024

Il-Ħadd 14 ta’ April Niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Għid: Għarfuh fil-qsim tal-ħobż.
It-Tnejn 15 ta’ April Ikompli t-Tberik tal-Familji:

ØFit-8.30am: in-Nadur, Tas-Salib, Binġemma (in-naħa tal-Kappella u tal-Fortizza) u Dwejra.

ØFl-4.30pm: Għeriexem Flats, Għeriexem, Mużew, Wesgħa tal-Mużew u Vjal Santu Wistin.

Fis-7.30pm: Issir il-Laqgħa għall-Għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta 16  ta’ April Tberik tal-Familji:

ØFit-8.30am: Landrijiet, Wied il-Bużbież u l-inħawi.

ØFl-4.30pm: Triq Ħad Dingli u Vjal il-Ħaddiem.

L-Erbgħa 17 ta’ April Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni.
Il-Ħamis 18 ta’ April Ikompli t-Tberik tal-Familji:

ØFit-8.30am: Wied Ġerżuma, Bieb ir-Ruwa u l-Kunċizzjoni

ØFl-4.30m: Toroq Santa Rita, Ġilormu Dingli, Mikiel Spiteri (Kilin) u Sqaq u Dun Franġisk Catania.

Fis-7pm fil-Bażilika tagħna ser issir Velja ta’ Talb bi tħejjija għall-ordinazzjoni presbiterali ta’ Dun Karl Andrew Schembri, Dun Malcolm  Saliba u Rev. Robert Rizzo SJ. Inħeġġukom biex tattendu.

Il-Ġimgħa 19 ta’ April L-Għaqda Kompensatriċi ser torganizza Jum il-Vokazzjonijiet.

Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u wara Quddiesa għall-bżonnijiet ta’ aktar vokazzjonijiet fil-Bażilika.

Is-Sibt 20 ta’ April Fid-9.30am Ordinazzjoni Presbiterali fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ta’ tlett saċerdoti ġodda, fosthom id-Djaknu Dun Karl Andrew Schembri li bħalissa qed iservi fil-Parroċċa tagħna. Nitolbu għalihom u għal aktar vokazzjonijiet.

Għal din l-okkażjoni qed jiġi organizzat it-trasport. Fit-8.30am nitilqu minn Triq Santa Rita. Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Avviżi oħra •Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab l-Isptar ikellimna biex immorru nżuruhom.

•Ser isir il-Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79226606.

Tista’ tara l-Avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 7 TA’ APRIL 2024

Il-Ħadd 7 ta’ April It-Tieni Ħadd tal-Għid – Jum il-Ħniena Divina.

•Wara l-Quddiesa tad-9.00am joħroġ il-Vjatku Solenni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa u tal-Arċikonfraternità tas-Santissimu Sagrament li jgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, Sant’Antnin, Santa Marija, Konti Ruġġieru, San Publju, il-Kulleġġ u lura għall-Pjazza tal-Parroċċa.

•Filgħaxija tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Ħniena Divina, fejn fil-5pm ikun hawn Adorazzjoni u fis-6pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

It-Tnejn 8 ta’ April •Ikompli t-Tberik tal-Familji:

Fit-8.30am: Raba’ Nemel, Ħofret ir-Rizz, Ta’ Rbazza, il-Ħamri u Għar-Żgħurija.

Fl-4.30pm: Toroq San Pawl, Fra Diegu, Doni, Doni l-Qadima u Indrì Borg.

•Fis-7.30pm: Issir il-Laqgħa għall-Għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta 9 ta’ April •Tberik tal-Familji:

Fit-8.30am: l-Għemmieri u Ġnien Fieres.

Fl-4.30pm:  Toroq Patrijiet, Bir Iljun, Dejqa, Mitħna u San Martin.

•Fil-5.30pm: Adorazzjoni mmexxija mill-Grupp ta’ talb ta’ San Piju tal-Pjagi.

L-Erbgħa 10 ta’ April Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni.
Il-Ħamis 11 ta’ April •Ikompli t-Tberik tal-Familji:

Fit-8.30am: l-Imtaħleb

Fl-4.30pm: Toroq: Karrijiet, Zondadari, Labini, San Bartilmew, San Ġużepp, L’Isle Adam, Santu Wistin u s-Saqqajja.

•Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollma Adorazzjoni fis-skiet.

Avviżi oħra: •Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab l-Isptar ikellimna biex immorru nżuruhom.

•Ser isir il-Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju. Għal aktar informazzjoni ċemplu 79226606.

•Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 24 TA’ MARZU 2024

Il-Ħadd 24 ta’ Marzu Ħadd il-Palm u l-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu.

Fl-9.45am toħroġ il-Purċissjoni u tgħaddi  mill-Pjazza tal-Parroċċa, Triq il-Kulleġġ fejn quddiem il-Knisja ta’ San Bastjan isir it-tberik tal-Palm u tal-friegħi taż-Żebbuġ. Wara l-Purċissjoni ssegwi Triq il-Kulleġġ, Santa Marija, San Publju, il-Kulleġġ u Pjazza tal-Parroċċa. Il-Purċissjoni tkun akkumpanjata mill-Arċikonfraternità tas-Ssmu Sagrament, mill-1st Rabat Scout Group u 7th Rabat Girl Guides u mit-tfal u personaġġi lebsin ta’ Lhud.

Fl-10.30am Quddiesa għat-tfal animata mill-Grupp Tiberija Familja.

Fis-6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

It-Tnejn 25 ta’ Marzu: It-Tnejn tal-Ġimgħa Mqaddsa

Fis-6.30pm: Riflessjoni fuq il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont l-Evanġelju ta’ San Ġwann minn Dun Peter Ellul.

It-Tlieta 26 ta’ Marzu: It-Tlieta tal-Ġimgħa Mqaddsa

Fis-6.30pm: Titkompla r-Riflessjoni dwar il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont l-Evanġelju ta’ San Ġwann minn Dun Peter Ellul.

L-Erbgħa 27 ta’ Marzu: L-Erbgħa tal-Ġimgħa Mqaddsa

Fit-8.30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.

Fis-6.30pm: Riflessjoni dwar l-aħħar seba’ kelmiet ta’ Ġesù fuq is-Salib mill-Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi.

Il-Ħamis 28 ta’ Marzu:

ĦAMIS IX-XIRKA

Filgħodu ma jkunx hawn Quddies.

Fl-4.30pm Quddiesa għat-tfal tal-Parroċċa ta’ Ħamis ix-Xirka fejn isir il-ħasil tar-riġlejn.

Fis-6.00pm Quddiesa Solenni Konċelebrata bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u Kleru tal-Parroċċa fejn isir ir-rit tal-ħasil tar-riġlejn u jiġi mfakkar it-twaqqif tas-Sagramenti tal-Ewkaristija u tas-Saċerdozju. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl.

•Wara l-Quddiesa ssir purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija akkumpanjat mill-Arċikonfraternità tas-SS. Sagrament li toħroġ għaz-Zuntier lejn il-Pjazza tal-Parroċċa u tidħol fil-Bażilika. Is-Sagrament jitqiegħed fuq l-Altar tar-Repożizzjoni fl-altar tal-Madonna tal-Grazzja.

•Wara l-funzjoni jkun hemm visti għal dawk li ma jistgħux jagħmluhom minn Knisja għall-oħra.

Fl-10.00pm: Sahra mal-Mulej. Adorazzjoni quddiem l-Altar tar-Repożizzjoni organizzata mill-Kummissjoni Familja u Animata mill-Grupp Tiberija Familja.

Fil-11.00pm: Sahra mal-Mulej. Adorazzjoni għall-Adoloxxenti u ż-Żgħażagħ quddiem l-Altar tar-Repożizzjoni.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Marzu:

IL-ĠIMGĦA L-KBIRA

Fit-8.00am: Talb ta’ tifħir ta’ sbiħ il-jum mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata.

Fl-10.00am Mument ta’ talb għat-tfal tal-Parroċċa organizzata mill-Kummissjoni Tfal.

Fit-3.00pm Tifkira tal-Passjoni u l-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu. Ikun hemm l-Adorazzjoni u l-bews tas-Salib u jkun hemm it-Tqarbin. Ikanta l-Kor tal-Bażilika San Pawl.

Is-Sibt 30 ta’ Marzu:

SIBT IL-GĦID

Fit-8.30am Talb ta’ tifħir ta’ sbiħ il-jum mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata.

Fis-7.00pm Tiftaħ il-Knisja.

Fit-8.00pm Tibda l-funzjoni solenni tal-Vġili tal-Għid li tinkludi l-Mixgħela tan-Nar, il-Liturġija tal-Kelma, it-Tħabbira tal-Qawmien mill-Mewt ta’ Sidna Ġesù Kristu bil-kant tal-Glorja, il-Liturġija tal-Magħmudija u tal-Ewkaristija bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Kif tintemm il-funzjoni tal-Knisja ikollna mument soċjali flimkien fil-Pjazza tal-Parroċċa.

Il-Ħadd 31 ta’ Marzu: ĦADD IL-GĦID:

Il-Quddies ikun fis-6.00am, 7.30am, 9.00am, 12.00pm u 6.00pm. Tal-10.30am ma ssirx.

Fid-9.00am Quddiesa tal-Għid il-Kbir għa t-tfal u l-familji. Janima l-Grupp Tiberija Familja.

Fl-10.00am Purċissjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa, Abbatini, Arċikonfraternità tas-Sagrament u Personaġġi Bibbliċi. Isir it-Tberik tat-tfal u tal-figolli u bajd tal-Għid. Il-Purċissjoni tgħaddi minn dawn it-Toroq: Pjazza tal-Parroċċa, il-Kulleġġ, Santa Marija, Sant’Antnin, il-Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa, San Pawl, San Ġużepp, Pjazza l’Isle Adam, Santu Wistin, is-Saqqajja, il-Kbira, San Pawl, Pjazza tal-Parroċċa u lura lejn il-Bażilika. Il-Banda Konti Ruġġieru ddoqq valzi tal-Għid tul il-Purċissjoni.

Avviżi oħra: Il-Ħadd 7 ta’ April issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna.
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 17 TA’ MARZU 2024

Is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Marzu

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Marzu

 Niċċelebraw il-Ħames Ħadd tar-Randan.

• L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta d-dramm Prezz id-Demm ta’ Alan Fenech, fis-Sala Dun Karm Lia. Is-Sibt ikun fis-7pm u l-Ħadd fl-4pm. Dħul donazzjoni ta’ €5.

 

•Fil-Knisja Ta’ Ġieżù t-Tielet Jum tat-Tridu tal-Festa ta’ San Ġużepp. Fis-6.00pm Quddiesa Konċelebrata, Prietka, Kurunella, Innu, Antifona u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

It-Tnejn 18 ta’ Marzu •Fis-6pm tiġi ċċelebrata l-Festa ta’ San Patrizju fil-Bażilika. Din tkun bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

•Lejlet is-Solennità ta’ San Ġużepp, fil-Knisja Ta’ Ġieżu. Fit-8.15am Quddiesa bil-kant tat-Te Deum, fil-5.15pm Quddiesa, fis-6.00pm Translazzjoni u fit-7.45pm Quddiesa.

It-Tlieta 19 ta’ Marzu •Solennità ta’ San Ġużepp. Fis-7.00pm toħroġ il-Purċissjoni mill-Knisja ta’ Ġieżù.

•Il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal dak ta’  fost il-ġimgħa. Fis-7.00am, 8.00am u s-6.00pm.

LErbgħa 20 ta’ Marzu Fit-8.30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.
Il-Ħamis 21  ta’ Marzu Is-SebaAtti tal-Ħniena: Pellegrinaġġ Korali

Fis-7pm Riflessjoni permezz tal-kant marbuta mal-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu u mal-Atti tal-Ħniena, mill-Kor Cappella Sanctae Catharinae. Dawn ser isiru fil-knejjes tar-Rabat u jintemmu fil-Bażilika tagħna ta’ San Pawl fl-10.00pm.

Il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu Jum id-Duluri:

Fl-4.30pm fil-Bażilika jkollna ir-Rużarju tas-Seba’ Duluri ta’ Marija.

Fil-5.00pm Quddiesa.

Fis-6.00pm Purċissjoni bl-istatwa tad-Duluri li toħroġ mill-Knisja Ta’ Ġieżu. X’ħin il-Purċissjoni tasal fil-Pjazza tal-Parroċċa għall-ħabta tas-7.15pm issir Quddiesa bis-sehem tal-Komunitajiet tar-Rabat. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Wara titkompla l-Purċissjoni.

Is-Sibt 23 ta’ Marzu Fis-7.30pm Miserere, mei Deus, Programm ta’ Mużika Sagra mill-Banda Konti Ruġġieru bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl, fil-Bażilika.
Il-Ħadd 24 ta’ Marzu Ħadd il-Palm

Fl-9.45am toħroġ il-Purċissjoni u tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, il-Kulleġġ fejn quddiem il-Knisja ta’ San Bastjan isir it-tberik tal-Palm u tal-friegħi taż-Żebbuġ. Wara l-puriċssjoni tgħaddi minn Triq il-Kulleġġ, Santa Marija, San Publju, il-Kulleġġ u Pjazza tal-Parroċċa. Il-Purċissjoni tkun akkumpanjata mill-1st Rabat Scout Group u 7th Rabat Girl Guides u bit-tfal u personaġġi lebsin ta’ Lhud.

Fl-10.30am Quddiesa għat-tfal animata mill-Grupp Tiberija Familja.

Fis-6.00pm Quddiesa bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

Avviżi oħra: •Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għall-morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju 2024.

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq [email protected] jew billi ċċempel 79226606.

•Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab l-isptar, nitolbukom tinfurmawna. Grazzi.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 10 TA’ MARZU 2024

Il-Ħadd 10 ta’ Marzu + Niċċelebraw ir-Raba’ Ħadd tar-Randan.
It-Tnejn 11 ta’ Marzu + Minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa, ser isiru l-Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd,

wara l-Quddiesa tat-8.30am, mill-Kan. Timon Mercieca.

+ Lectio Divina fil-Bażilika fuq il-Qari tal-Ħadd minn Dr. Joseph Ciappara wara l-

Quddiesa tas-6.00pm.

It-Tlieta 12 ta’ Marzu + Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni.

+ Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju mill-Grupp ta’ Talb ta’ San Piju tal-Pjagi.

+ Fis-6.00pm fil-Museum tas-Subien taċ-Ċagħki ser issir l-ewwel Qrara għat-

tfal subien li ser jagħmlu l-Preċett.

L-Erbgħa 13 ta’ Marzu + Fit-8.30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.

+ Fil-Knisja ta’ Ta’ Ġieżu l-aħħar Erbgħa ta’ San Ġużepp.

Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.00pm Quddiesa bil-prietka.

+ Nofstanhar b’differenza. Irtir organizzat mill-Lajċi Dumnikani u l-Grupp ta’

Talb tat-Tiġdid Kariżmatiku Kattoliku Madonna tal-Għar mid-9am san-

12.30pm fl-Oratorju tal-Knisja ta’ San Duminku bis-suġġett: Ir-Randan… Talb,

Sawm, Sagrifiċċju… Għadhom moda? Imexxi Rev. Patri Joseph Zahra, O.P.

Kulħadd huwa mistieden.

Il-Ħamis 14 ta’ Marzu + Fis-6.30pm fil-Bażilika jkollna Adorazzjoni fis-skiet.
Il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu + Fil-5.30pm Via Sagra bis-sehem tal-Fratellanza tad-Duluri.

+ Ser isir il-Pellegrinaġġ Annwali għar-Redentur ta’ l-Isla. Tluq fil-4.45pm u

fis-6.00pm Quddiesa u wara mument ta’ talb quddiem ix-xbieha tar-

Redentur. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Marzu + L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta d-dramm Prezz id-Demm ta’

Alan Fenech. Is-Sibt fis-7.00pm u l-Ħadd fl-4.00pm fis-Sala Dun Karm Lia.

Biljetti jiswew €5 u jinkisbu waqt id-dħul qabel kull rappreżentazzjoni.

Avviżi oħra: ØIl-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li l-Ħdud minbarra fis-17 ta’ Marzu qed issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Minn hu nteressat imur fil-Kunvent tal-Patrijiet Ta’ Ġieżù bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.

ØPellegrinaġġ Djoċesan għall-morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju 2024. Għall-aktar informazzjoni fuq [email protected] jew iċċempel 79226606.

ØGħadu kemm ġie stampat il-programm tal-Funzjonijiet Liturġiċi li ser isiru fil-Bażilika matul il-jiem li ġejjin kif ukoll l-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid il-Kbir. Id-distributuri huma ġentilment mitluba biex jiġbru l-kopji tagħhom biex iqassmuhom. Grazzi.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 3 TA’ MARZU 2024

Il-Ħadd 3 ta’ Marzu Niċċelebraw it-Tielet Ħadd tar-Randan.

Il-ġbir ta’ matul tmiem il-ġimgħa ser ikun kollu għall-Bażilika tagħna.

It-Tnejn 4 ta’ Marzu •Lectio Divina fil-Bażilika fuq il-Qari tal-Ħadd minn Dr. Joseph Ciappara wara l-Quddiesa tas-6.00pm.

•Fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret issir l-ewwel Qrara għal dawk it-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Din tkun fis-6pm.

It-Tlieta 5 ta’ Marzu Fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret issir l-ewwel Qrara għal dawk it-tfal li se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Din tkun fis-6pm.
L-Erbgħa 6 ta’ Marzu •Wara l-Quddiesa tat-8.00am ikollna nofs siegħa Adorazzjoni.

•Fil-5.30pm fil-Bażilika ssir il-Via Sagra bis-sehem ta’ l-Abbatini tal-Bażilika.

•L-Għaqda Kompensatriċi ser torganizza Irtir immexxi mill-Kan. Timon Mercieca fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret fit-3.30pm. Bookings sal-Ħadd 3 ta’ Marzu.

•Fil-Knisja ta’ Ta’ Ġieżù s-sitt Erbgħa ta’ San Ġużepp. Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.00pm Quddiesa bil-prietka.

Il-Ħamis 7 ta’ Marzu Fis-6.30pm fil-Bażilika jkollna Adorazzjoni fis-skiet.
Il-Ġimgħa 8 ta’ Marzu Fil-5.30pm Via Sagra bis-sehem tal-Fratellanza tad-Duluri.
Avviżi oħra: Mit-Tnejn 11 sal-Ġimgħa 15 ta’ Marzu ser isiru l-Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd mill-Kan. Timon Mercieca. Dawn ikunu filgħodu wara l-Quddiesa tat-8am.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu, Pellegrinaġġ annwali għar-Redentur ta’ l-Isla.

Tluq fil-4.45pm u fis-6.00pm Quddiesa u wara jkun hemmm mument ta’ talb. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.

L-Għaqda Drammatika Rabat ser tippreżenta dramm Bibbliku ta’ Alan Fenech nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu fis-7.00pm u l-Ħadd 17 ta’ Marzu fl-4.00pm fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti li jiswew €5, jinkisbu mad-dħul.

 

Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li l-Ħdud minbarra fis-17 ta’ Marzu qed issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Minn hu nteressat imur fil-Kunvent tal-Patrijiet Ta’ Ġieżù bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.

Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għall-morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju 2024. Għall-aktar informazzjoni fuq [email protected] jew iċċempel 79226606.

Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab l-isptar, nitolbukom tkellmun. Grazzi.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 25 TA’ FRAR 2024

Il-Ħadd 25 ta’ Frar Niċċelebraw it-Tieni Ħadd tar-Randan: Trasfigurazzjoni tal-Mulej.
It-Tnejn 26 ta’ Frar Lectio Divina għal żmien ir-Randan dwar l-Evanġelju tal-Ħadd.

Ir-riflessjoni ser issir minn Dr. Joseph Ciappara u tibda wara l-Quddiesa tas-6pm.

It-Tlieta 27 ta’ Frar Ikompli t-tberik fid-djar f’dawn it-toroq:

Għajn Kajjet Djar u Flats E, F, G, H, I u J, Għajn Kajjet il-Qadima sal-blind corner, Edward J. Nicolas u Ġnien is-Sultan.

L-Erbgħa 28 ta’ Frar •Wara l-Quddiesa tat-8am ikollna mument ta’ Adorazzjoni quddiem Ġesù espost.

•Fis-7pm, issir laqgħa għall-Fratelli u Konsorelle fis-sala tan-nofs.

•Fil-Knisja ta’ Ġieżu ssir il-ħames Erbgħa ta’ San Ġużepp.

Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u fis-6.00pm Quddiesa bil-prietka.

Il-Ħamis 29 ta’ Frar Ikompli t-tberik fid-djar:

Għajn Kajjet Flats A, B, C, D, l-Iskultur, Il-Ġarġir, in-Narċis, il-Lellux u l-Klin.

Wara l-Quddiesa tas-6pm ikollna mument ta’ Adorazzjoni fis-skiet quddiem Ġesù Sagrament.

Il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu L-ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir l-Adorazzjoni.
Avviżi oħra: Infakkru li matul ir-Randan, nhar ta’ Erbgħa u Ġimgħa qed tingħad il-Via Sagra fil-5.30pm.

 

Il-Ħadd 3 ta’ Marzu jkun l-ewwel Ħadd tax-xahar. Għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-Bażilika tagħna.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu ser isir il-Pellegrinaġġ annwali għall-Isla fejn fis-6pm jkollna Quddiesa u wara jsir mument ta’ talb quddiem ix-xbieha ta’ Ġesù Redentur. Nitilqu fil-4.45pm u biljetti jinksibu mill-Uffiċċju Parrokkjali.

 

Proċess tad-Dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta f’Settembru 2024.

Applikanti minn skejjel tal-Gvern u Indipendenti jistgħu japplikaw online bejn l-1 u d-29 ta’ Frar. Informazzjoni dettaljata tinkiseb minn fuq il-website www.knisja.mt Iklikkja fuq Skejjel tal-Knisja.

Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li l-Ħdud minbarra fis-17 ta’ Marzu qed issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Minn hu nteressat imur fil-Kunvent tal-Patrijiet Ta’ Ġieżù bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.

10K huwa kors interessanti għaż-Żgħażagħ (età 18-35) dwar il-Kmandamenti li jibda nhar it-Tlieta 27 ta’ Frar fil-Parroċċa tas-Swatar. Applikazzjonijiet fuq il-website: www.10k.mt

 

Ser isir Pellegrinaġġ Djoċesan għall-morda f’Lourdes mill-15 sal-20 ta’ Lulju 2024. Għall-aktar informazzjoni fuq [email protected] jew iċċempel 79226606.

 

Jekk tafu b’xi ħadd li jinsab marid l-isptar, nitolbukom tavviċinawna.

Il-ġabra li saret għas-Seminarju kienet ta’ €2,112.07. Grazzi tal-ġenerożità tagħkom.