Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 29 TA’ OTTUBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw it-30  Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru Fil-5.30 pm fil-Kappella Ta’ Qasha jingħad ir-Rużarju u fis-6.00pm Quddiesa f’għeluq ix-Xahar tar-Rużarju. Janima l-Grupp Tiberija Familja.
L-Erbgħa 1 ta’ Novembru Solennità tal-Qaddisin Kollha.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Il-Ħamis 2 ta’ Novembru L-Għid tal-Imwiet. – Il-ħin tal-Quddies fil-Bażilika jkun fis-6.30am, 7.00am, 7.30am, 8.00am u 8.30am

Fis-6.00pm Quddiesa Konċelebrata bl-Għasar għal dawk li mietu bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 bis-sehem tal-Kor Bażilika ta’ San Pawl. Fi tmiem il-Quddiesa jsir it-tberik tal-oqbra fil-Bażilika, fl-Oratorju u fil-Grotta ta’ San Pawl.

Il-Ġimgħa 3 ta’ Novembru Fis-6.00pm Quddiesa fil-Kannierja u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Il-Quddiesa tas-6.00pm fil-Bażilika ma ssirx.

Matul Novembru l-Kannierja tkun miftuħa x-Xahar kollu fil-ħin tal-Quddies.

Is-Sibt 4 ta’ Novembru Fis-6.00pm fil-Quddiesa bl-intenzjoni  tas-Saċerdoti mejtin li servew fil-Parroċċa tagħna.
l-Ħadd 5 ta’ Novembru Il-Quddiesa tad-9.00am tkun skond l-intenzjoni għall-Erwieħ tal-membri tas–Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru.
Avviżi oħra Nhar it-Tlieta 7 ta’ Novembru fl-4.30pm Quddiesa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Margerita.

Illum/Għada ndawru l-arloġġ siegħa lura.

Membri tal-Hospice Malta ser ikunu fejn il-bieb ta’ barra tal-Bażilika jiġbru d-donazzjonijiet.

Għadam ta’ Novembru għal bejgħ. Ordnijiet mill-Facebook Page  tal-Parroċċa u mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-ktieb Ilwin il-Festi Maltin – Vol. 12 għall-bejgħ mingħand l-Arċipriet għal prezz ta’ €45.

Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt

 

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 22 TA’ OTTUBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw is-29 Ħadd ta’ Matul is-Sena.  – Jum il-Missjoni.

Għada/Illum il-Quddies tad-9.00am issir fid-9.30am u tixxandar fuq TV Malta, imexxi l-Isqof Mons. Joe Galea Curmi. Fil-Pjazza tal-Parroċċa jkun hawm Villaġġ Missjunarju. Il-Ġbir kollu ta’ dan il-week-end ikun għall-Missjoni.

It-Tnejn 23 ta’ Ottubru Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: Triq San Piju V u Misraħ San Duminku. Bħas-soltu s-Saċerdoti joħorġu għat-tberik fl-4.30pm.

Fis-7.30pm issir Laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-qrib għal żwieġ Nisrani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta 24 ta’ Ottubru Tberik fit-Toroq San Trofimu u Nutar Francesco Catania.
Il-Ħamis 26 ta’ Ottubru Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: Sant’Aristarku, San Tumas u Vincenzo Ciappara.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Il-Ġimgħa 27 ta’ Ottubru Ikompli l-Kors ta’ Kana.
Avviżi oħra Il-Ħadd 29 ta’ Ottubru – Pellegrinaġġ għal San Pawl tal-Ħġejjeġ. Quddiesa fl-4.30pm u wara ikla flimkien. Tluq fl-3.45pm.

Għadam ta’ Novembru għal bejgħ. Ordnijiet mill-Facebook Page  tal-Parroċċa u mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 15 TA’ OTTUBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw is-28   Ħadd ta’ Matul is-Sena.
It-Tnejn 16 ta’ Ottubru Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: S. Dwardu, Sta. Roża, Pjazza Forok, Triq ir-Rgħajja u Merħliet. Is-Saċerdoti joħorġu għat-tberik fl-4.30pm.

Fis-6.00pm sas-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Leġjun ta’ Marija fiċ-Ċentru Parrokkjali.

Fis-6.00pm Quddiesa organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi fl-okkażjoni tal-festa ta’ Santa Margerita Marie Alocoque, Protettriċi tal-istess Għaqda bil-parteċipazzjoni tal-Fratellanza tal-Qalb Ta’ Ġesù.

Fis-7.30pm Laqgħa għall-Għarajjes bi tħejjija mill-qrib għal żwieġ Nisrani fiċ-Ċentru Parrokkjali.

It-Tlieta 17 ta’ Ottubru Tberik fi Triq Ġorġ Borg Olivier.
L-Erbgħa 18 ta’ Ottubru Mit-8.30am sad-9.00am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika Tagħna.
Il-Ħamis 19 ta’ Ottubru Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: tat-Torri, Pawlu Xuereb u Ħal Tartarni.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Avviżi oħra F’dan il-week-end fil-Knisja ta’ San Franġisk issir il-festa tal-Madonna tas-Saħħa. Is-Sibt lejlet il-Festa fis-6.00pm Translazzjoni u Quddiesa mir-Rev. Dun Sean Abela. Il-Ħadd ikun hemm Quddies fis-6.30am, 8.00am, 9.30am u 10.30am. Il-Quddiesa tat-8.00am iqaddes ir-Rev. Can. Joseph Mizzi, Arċipriet tar-Rabat. Fil-5.00pm Quddiesa Solenni kkonċelebrata mmexxija mir-Rev. Provinċjal Patri Colin Sammut OFM Conv. Wara Purċissjoni mmexxija mir-Rev. Djaknu Dun Karl Andrew Schembri. Fi tmiem il-purċissjoni ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika quddiem il-Knisja mmexxija mir-Rev. Provinċjal Patri Colin Sammut OFM  Conv. Il-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru tar-Rabat ta’ Malta takkumpanja l-purċissjoni.

Il-Ħadd 22 ta’ Ottubru – Jum il-Missjoni – Quddiesa fid-9.30am flok fid-9.00am, imexxi l-Isqof Mons. Joe Galea Curmi. Fil-Pjazza tal-Knisja jkun hawm Villaġġ Missjunarju.

Għadam ta’ Ottubru għal bejgħ. Ordnijiet mill-Facebook Page  tal-Parroċċa u mill-Uffiċċju Parrokkjali.

Il-Ħadd 29 ta’ Ottubru – Pellegrinaġġ għal San Pawl tal-Ħġejjeġ. Quddiesa fl-4.00pm u wara High Tea flimkien.

Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq Knisja.rabat.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 8 TA’ OTTUBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw is-27   Ħadd ta’ Matul is-Sena.

 

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Fr. Sean Abela tal-ħidma tiegħu fostna fil-Parroċċa tar-Rabat nawgurawlu ħafna għal ħidma ġdida tiegħu fil-Parroċċa tal-Imġarr. Għalhekk Għada/Illum il-Ħadd 8 ta’ Ottubru fis-6.00pm Fr. Sean ser imexxi quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla tal-ħidma Pastorali tiegħu fostna.

Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.

It-Tnejn 9 ta’ Ottubru Ikompli t-Tberik f’dawn it-Toroq: Alessandro Curmy u Robert Sammut. Is-Saċerdoti joħorġu fl-4.30pm.
It-Tlieta 10 ta’ Ottubru Tberik f’dawn it-Toroq: Inguanez u Santa Katerina.

Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju u ssir Laqgħa ta’ Talb immexxija mill-Grupp ta’ San Piju tal-Pjagi. Iqaddes Patri Karm Dimech Kapuċċin.

L-Erbgħa 11 ta’ Ottubru Wara l-Quddies tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni  sad- 9.00am.
Il-Ħamis 5 ta’ Ottubru Tberik fit-Toroq: San Mikiel, San Bastjan u Santu Rokku.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Nhar is-Sibt 14 ta’ Ottubru Fis-6.00pm  fil-Bażilika tagħna se tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof.
Avviżi oħra Il-Kurja se tkun miftuħa għall-pubbliku għada/illum il-Ħadd mid-9.00am sat-8.00pm

Caritas Malta tavża li qed isir ġbir ta’ fondi għall-Marokk u l-Libja. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Arċipriet.

Minn dan ix-Xahar qed jibdew il-Laqgħa ta’ formazzjoni għal dawk li jixtiequ jagħmlu l-esperjenza Missjunarja. Minn hu nteressat  jikkuntattja lill-Uffiċċju Missjunarju, Triq il-Merkanti, l-Belt Valletta.

Tista tara l-Avviżi f’aktar dettal fuq knisja.rabat.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 1 TA’ OTTUBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw is-26   Ħadd ta’ Matul is-Sena.

Illum/Għada huwa l-ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali  għall-din l-Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.

 

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Fr. Sean Abela tal-ħidma tiegħu fostna fil-Parroċċa tar-Rabat nawgurawlu ħafna għal ħidma ġdida tiegħu fil-Parroċċa tal-Imġarr. Għalhekk nhar il-Ħadd 8 ta’ Ottubru fis-6.00pm Fr. Sean ser imexxi quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla tal-ħidma Pastorali tiegħu fostna.

It-Tnejn 2 ta’ Ottubru Nibdew it-Tberik tad-djar f’dawn it-Toroq: Tal-Virtù, Pietru Caxaru, San Vinċenz Ferreri. Is-saċerdoti joħorġu għat-tberik fl-4.30pm.

Wara l-Quddies tat-8.00am l-Azzjoni Kattolika tan-Nisa tibda bil-laqgħat tagħhom wara l-waqfa tas-Sajf.

It-Tlieta 3 ta’ Ottubru Tberik f’dawn it-Toroq: Godwin Ganado u Francesco Azzopardi.
L-Erbgħa 4 ta’ Ottubru Wara l-Quddies tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni mit-8.30 sad- 9.00am.

Jibda s-Sinodu tal-Isqfijiet – nitolbu għall-Knisja biex il-Mulej jigwidha f’dan iż-żmien ta’ riflessjoni.

Il-Ħamis 5 ta’ Ottubru Jitkompla t-tberik f’dawn it-Toroq: Giovanni Caruana u  Carlo Fiamingo.
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru L-ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni skond il-fehma tal-Papa Franġisku.

Jibda l-Kors ta’ Kana fil-Parroċċa tagħna tajjeb li nitolbu għall-Għarajjes.

Avviżi oħra Ottubru huwa x-Xahar tar-Rużarju

Caritas Malta tavża li qed isir ġbir ta’ fondi għall-Marokk u l-Libja. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Arċipriet.

Tista tara l-Avviżi f’aktar dettal fuq knisja.rabat.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 24 TA’ SETTEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-25  Ħadd ta’ Matul is-Sena.

Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna.

Għada/Illum il-Quddies tal-10.30am tkun għat-Tfal, Għalliema u dawk kollha li għandhom x’jaqsmu mal-iskejjel biex nitolbu lil Alla biex nibdew Sena Skolastika Ġdida mill-aħjar u fl-istess ħin nirringrazzjawH tal-vaganzi tas-sajf sbieħ li kellna  li waslu biex jintemmu. It-tfal huma mħeġġa jġibu xi oġġett li ser jużaw l-iskola biex jitbierku waqt il-Quddiesa. Ser tingħata tifkira lit-tfal kollha.

It-Tnejn 25 ta’ Settembru u it-Tlieta 26 ta’ Setembru Se jibdew il-lezzjonijiet tad-Duttrina għall-Bniet fin-Nigret.

It-Tnejn fis-6.00pm l-Ewwel Sena Preċett ta’ Marianne Borg

fil-5.00pm u fis-6.00pm it-Tieni Sena ta’ Mandy Micallef Tabone żewġ klassijiet .

fil-5.00pm u 6.00pm it-Tielet Sena ta’ Sr. Angela u Maria Vella Muscat żewġ klassijiet.

fil-5.00pm is-Sitt Sena ta’ John Seguna.

It-Tlieta fis-6.00pm l-ewwel Sena Preċett ta’ Adriana Attard.

Ir-Raba’ Sena  fil-5.00pm u s-6.00pm ta’ Antoinetta Costa żewġ klassijiet

Il-Ħames Sena fil-5.00pm u s-6.00pm ta’ Miriam Mifsud żewġ klassijiet fil-5.00pm u s-6.00pm

Is-Sitt Sena fil-5.00pm ta’ John Seguna

It-Tlieta 26 ta’ Settembru Fis-7.00pm ser issir laqgħa mal-Arċipriet fil-Mużew tas-Subien taċ-Ċagħki għat-tfal subien li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof.
Il-Ħamis 28 ta’ Settembru Wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjonji quddiem Ġesù Espost fil-kwiet.
Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru Festa ta’ San Mikiel Arkanġlu fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Fratellanza ta’ San Mikiel u l-Kor Bażilika San Pawl.
Avviżi oħra Rabat Sacrum – Illum is-Sibt  mis-6.00pm il-Quddiem  u għada   l-Ħadd 24 mid-9.00am  sa Nofsinhar   tkompli  l-attivitá  ta’ Rabat Sacrum. Il-Bażilika,  l-Kannierja u l-Kappella ta’ San Katald ser ikunu miftuħa għall-Pubbliku.

Caritas Malta tavża li qed isir ġbir ta’ fondi għall-Marokk u l-Libja. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Arċipriet.

Dan il-week-end ser ikollna l-Festa ta’ Santa Katerina tad-Daħla. Ikun hemm Quddiesa is-Sibt fis-6.30pm u l-Ħadd fl-10.00am u fil-5.30pm.

L-Azzjoni Kattolika tan-Nisa tixtieq tavża li minn nhar it-Tnejn 2 ta’ Ottubru ser jerġgħu jibdew isiru l-laqgħat wara l-waqfa tas-sajf. Il-laqgħat jibdew wara li tispiċċa l-Quddies tat-8.00am.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 17 TA’ SETTEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-23  Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tlieta 12 ta’ Settembru Issir il-ħarġa għal Għawdex. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. Tluq minn Triq Santa Rita fis-6.30am.
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru Mit-8.30am sad-9.00am issir l-Adorazzjoni.
Nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru Fl-4.30pm issir il-ħarġa  għal Gżejjer ta’ San Pawl u Kemmuna li kellha ssir fil-31 ta’ Awwissu u li  tħassret minħabba l-maltemp.
Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru Fis-7.00pm issir il-Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini għat-Tfal li ser jagħmlu l-Griżma tal-isqof fil-Bażilika.
Avviżi oħra Nhar is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Settembru l-ġbir kollu jmur favur l-Art Imqaddsa.  Nitolbu b’mod speċjali għal dawk ħutna li jgħixu hemm.

Festa tal-Vitorja fil-Kappella tal-Imtaħleb

Nhar il-Ħadd (illum)10 ta’ Settembru fis-6.00pm ikun hemm il-Quddiesa li tkun iċċelebrata mill-Kan. John Buhagiar.

Nhar il-Ħadd (illum) 10 ta’ Settembru fis-6.00pm l-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta reċita fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru l-Għaqda Kompensatriċi ser torganiżża Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej Marsaxlokk. Tluq fl-4.30pm u l-postijiet huma limitati. Bookings  sal-Ħadd 10 ta’ Settembru. Aktar dettalji jinkisbu mingħand il-Membri tal-istess Għaqda

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru jingħata l-Mandat lil Katekisti tal-Parroċċa.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika: matul il-Ġimgħa: fis-7.00am, 8.00am u 6.00pm.

Nhar ta’ Sibt: fis-7.00am, 8.00am 4.30pm u 6.00pm

Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista. tara l-Avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat. knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 10 TA’ SETTEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-23  Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tlieta 12 ta’ Settembru Issir il-ħarġa għal Għawdex. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali. Tluq minn Triq Santa Rita fis-6.30am.
Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Settembru Mit-8.30am sad-9.00am issir l-Adorazzjoni.
Nhar il-Ħamis 14 ta’ Settembru Fl-4.30pm issir il-ħarġa  għal Gżejjer ta’ San Pawl u Kemmuna li kellha ssir fil-31 ta’ Awwissu u li  tħassret minħabba l-maltemp.
Il-Ġimgħa 15 ta’ Settembru Fis-7.00pm issir il-Laqgħa għall-Ġenituri u Parrini għat-Tfal li ser jagħmlu l-Griżma tal-isqof fil-Bażilika.
Avviżi oħra Nhar is-Sibt 16 u l-Ħadd 17 ta’ Settembru l-ġbir kollu jmur favur l-Art Imqaddsa.  Nitolbu b’mod speċjali għal dawk ħutna li jgħixu hemm.

Festa tal-Vitorja fil-Kappella tal-Imtaħleb

Nhar il-Ħadd (illum)10 ta’ Settembru fis-6.00pm ikun hemm il-Quddiesa li tkun iċċelebrata mill-Kan. John Buhagiar.

Nhar il-Ħadd (illum) 10 ta’ Settembru fis-6.00pm l-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta reċita fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul.

Il-Ġimgħa 29 ta’ Settembru l-Għaqda Kompensatriċi ser torganiżża Pellegrinaġġ għas-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompej Marsaxlokk. Tluq fl-4.30pm u l-postijiet huma limitati. Bookings  sal-Ħadd 10 ta’ Settembru. Aktar dettalji jinkisbu mingħand il-Membri tal-istess Għaqda

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Settembru jingħata l-Mandat lil Katekisti tal-Parroċċa.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika: matul il-Ġimgħa: fis-7.00am, 8.00am u 6.00pm.

Nhar ta’ Sibt: fis-7.00am, 8.00am 4.30pm u 6.00pm

Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista. tara l-Avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat. knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 3 TA’ SETTEMBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-22  Ħadd ta’ Matul is-Sena.

L-ewwel Ħadd tax-Xahar, issir il-ġabra speċjali għall-din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tal- ġenerożità tagħkom.

Nhar it-Tlieta 5 ta’ Settembru Fil-5.00pm issir id-Duttrina għal dawk it-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Nhar l-Erbgħa 5 ta’ Settembru Wara l-Quddiesa tat-8.00am ser jibda jkollna l-Adorazzjoni mit-8.30am sad-9.00am.
Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Settembru Festa tat-Twelid tal-Verġni Mqadda Omm Tagħna Marija il-Vitorja. Ħinijiet tal-Quddies ikun bħal dak ta’ fost il-Ġimgħa.

Fil-Pjazza tal-Parroċċa  fin-nofs inhar ta’ filgħodu ser ikun hawn il-Mobile Blood Donation Unit.

Avviżi oħra Fil-Kappella Ta’ Qasha tiġi ċċelebrata l-Festa tat-Twelid ta’ Ommna Marija b’dan il-programm:

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Settembru fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju animat mill-Grupp tal-Leġjun ta’ Marija u tingħad il-Kurunella tal-Bambina.

Il-Ħamis, 7 ta’ Settembru bħal ġurnata ta’ qabel. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni tal-Festa mmexxija mir-Rev. Dun Sean Abela, titkanta l-Antifona Beata Mater u tingħata l-Barka Sagramentali.

Festa tal-Madonna taċ-Ċintura fil-Knisja ta’ San Mark

Nhar is-Sibt 9 ta’ Settembru fl-10.00am Quddiesa għall-morda u l-Anzjani. Fil-5.00pm titkanta t-Talba tal-Għasar. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni mmexxija mill-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna. Fis-7.15pm toħroġ il-Purċissjoni bl-istatwa devota tal-Madonna taċ-Ċintura. Kulħadd huwa mistieden.

Festa tal-Vitorja fil-Kappella tal-Imtaħleb

Nhar is-Sibt 9 u l-Ħadd 10 ta’ Settembru fis-6.00pm ikun hemm il-Quddiesa li tkun iċċelebrata mill-Kan. John Buhagiar.

Nhar il-Ħadd 10 ta’ Settembru fis-6.00pm l-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta reċita fis-Sala Dun Karm Lia. Biljetti mad-dħul.

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 27 TA’ AWWISSU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw il-21  Ħadd ta’ Matul is-Sena.
Nhar it-Tnejn 28 u nhar it-Tlieta Mill-5.00pm sas-6.30pm issir ir-Reġistrazzjoni tat-tfal għad-Duttrina fiċ-Ċentru Pastorali tan-Nigret.
Nhar il-Ħamis 31 ta’ Awwissu Issir il-Ħarġa għall-Gżejjer ta’ San Pawl.

Wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Settembru Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni organiżżata skond l-Intenzjoni tal-Papa Franġisku.

Fis-6.45pm  ser issir Velja ta’ Talb għall-istudenti fil-Knisja Ta’ Ġieżu.

Avviżi oħra Nhar il-Ħadd li ġej ikun l-Ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għal din il-Bażilika.

Fadal xi kotba  Kliem il-Ħajja. Id-distributuri jekk jogħġobhom jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-istess uffiċċju.

It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex.

Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm.

Ħdud u Festi: fis- 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt