Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw l-Għoxrin Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
Nhar it-Tnejn 21 ta’ Awwissu | Fis-6.00pm Laqgħa ta’ formazzjoni għall-Katekisti fiċ-Ċentru Pastorali ta’ San Luqa fin-Nigret. |
It-Tlieta 22 ta’ Awwissu
|
Fil-5.00pm ikollna d-Duttrina għal dawk it-Tfal li ser jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Fil-5.00pm issir il-Laqgħa Nazzjonali tal-Għaqda Kompensatriċi fil-Bażilika. |
Il-Ħamis 24 ta’ Awwissu | Bħal kull nhar ta’ Ħamis wara l-Quddiea tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni quddiem Ġesù Espost fis-skiet. |
Avviżi oħra | Nhar il-Ħadd 3 ta’ Settembru ssir il-ġabra speċjali ta’ kull xahar għal din il-Bażilika.
Waslu l-kopji ta’ Kliem il-Ħajja d-Distributuri jekk jogħġobhom jistgħu jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju. Grazzi. Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – Filgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl u Kemmuna. Tluq fl-4.30pm It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: fis- 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 13 TA’ AWWISSU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd |
Niċċelebraw id-Dsatax-il Ħadd ta’ Matul is-Sena Għada/Illum ikollna il-Magħmudijiet |
It-Tnejn 14 ta’ Awwissu |
Lejlet il-Festa tal-Verġni Mqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema. Il-ħin tal-Quddies ikun hekk: fis-7.00am, 8.00am, 4.30pm u fis-6.00pm. |
It-Tlieta 15 ta’ Awwissu |
Festa Kmandata bl-obbligu tal-Quddies Il-Quddies fil-Bażilika jkun bħal dak ta’ nhar ta’ Ħadd: fis-6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, Nofs-in-Nhar u fis-6.00pm |
Il-Ħamis 17 ta’ Awwissu |
Wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra |
Waslu l-kopji ta’ Kliem il-Ħajja d-Distributuri jekk jogħġobhom jistgħu jiġbruhom mill-Uffiċċju Parrokkjali waqt il-ħinijiet tal-Uffiċċju. Grazzi. Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – Filgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl. It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: fis- 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 06 TA’ AWWISSU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Solennità tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej. Illum/Għada l-Ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għal din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tad-donazzjoni ġeneruża tagħkom. Infakkru fil-Ħarġa li għandna għall-Għawdex nhar l-Erbgħa li ġejjin. |
It-Tnejn 7 ta’ Awwissu | Fis-6.00pm Quddiesa bħala ringrazzjament lil Alla f’għeluq it-48 Sena tal-Għaqda Kompensatriċi fil-Parroċċa Tagħna. Tkun animata mill-Grupp Tiberija Familja. |
Il-Ħamis 10 ta’ Awwissu | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Il-Ġimgħa 11 ta’ Awwissu | Billi l-Ġimgħa l-oħra l-Adorazzjonji ta’ l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar ma saritx se nagħmluha llum li tkun skont il-fehma tal-Papa bit-tema l-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Lisbona l-Portugall jgħin liż-Żgħażagħ ikunu xhieda tal-Vanġelu fil-ħajja tagħhom. |
Avviżi oħra | Il-Ħadd 13 ta’ Awwissu jkollna l-Magħmudijiet. Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – Filgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl. It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 30 TA’ LULJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-17-ill Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
Mit-Tnejn 31 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu | Jesus Fest: Fis-6.00pm Quddiesa u wara jkun hemm attivitajiet għat-tfal tal-Parroċċa tagħna. |
Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Awwissu | Fil-5.00pm issir id-Duttrina għal dawk it-tfal li ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
Nhar il-Ħamis 3 u l-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu | L-Adorazzjoni tal-Ħamis u dik ta’ l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar nagħmluhom l-Ġimgħa d-dieħla. |
Avviżi oħra | Nhar il-Ħadd 6 ta’ Awwissu jkun l-ewwel Ħadd tax-Xahar. Issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika. Grazzi bil-quddeim tal-ġenerożità tagħkom. It-Tnejn 7 ta’ Awwissu fis-6.00pm Quddiesa bħala ringrazzjament lil Alla f’għeluq it-48 sena tal-Għaqda Kompensatriċi fil-Parroċċa tagħna. Animata mill-Grupp Tiberija Familja. Nhar l-Erbgħa 9 ta’ Awwissu – Ġurnata għal Għawdex. Il-Ħamis 31 ta’ Awwissu – Filgħaxija Ħarġa għal Gżejjer ta’ San Pawl. It-Tlieta 12 ta’ Settembru – Ħarġa ta’ ġurnata għal Għawdex. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 23 TA’ LULJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw l-16-il Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
It-Tnejn 24 ta’ Lulju | Fis-7.30pm issir it-tieni laqgħa għall-għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin fiċ-Ċentru Parrokkjali. Fil-6.00pm issir il-Laqgħa ta’ Formazzjoni għall-Katekisti fiċ-Ċentru tan-Nigret. |
Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Lulju | Il-Quddiesa ta’ 6.00pm ħa tkun b’mod speċjali għan-Nanniet kollha fl-okkazzjoni tat-Tielet Jum Dinji tan-Nanniet u l-Anzjani. |
Nhar il-Ħamis 27 ta’ Lulju. | Wara l-quddies ta’ filgħaxija jkollna l-Adorazzjoni fis-skiet. |
Avviżi oħra | Jesus Fest mit-Tnejn 31 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu filgħaxija. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 16 TA’ LULJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw l-15-il Ħadd ta’ Matul is-Sena. |
It-Tnejn 17 ta’ Lulju u t-Tnejn 24 ta’ Lulju | Fis-7.30pm kors qasir ta’ żewġ laqgħat għall-għarajjes li ser jiżżewġu fix-xhur li ġejjin. Dawn isiru fiċ-Ċentru Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali fuq iz-Zuntier tal-Knisja. |
It-Tlieta 18 ta’ Lulju | Fil-5.00pm issir id-Duttrina għat-Tfal li se jagħmlu l-Griżma tal-Isqof fiċ-Ċentru Parrokkjali. |
Nhar l-Erbgħa 19 ta’ Lulju | Pellegrinaġġ għar-Redentur tal-Isla organizzat mill-Għaqda Kompensatriċi. Tluq fl-4.30pm mill-Venda tal-Monti fi Triq Santa Rita. Biljetti jinkisbu mingħand il-Membri tal-istess Għaqda. |
Avviżi oħra | Jesus Fest mit-Tnejn 31 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 4 ta’ Awwissu filgħaxija. Ħinijiet tal-Quddies fil-Bażilika matul il-Ġimgħa huma: fis-7.00am u t-8.00am u fis-6.00pm. Ħdud u Festi: 6.00am, 7.30am, 9.00am, 10.30am, 12.00pm u 6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 25 TA’ ĠUNJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw it-12-il-Ħadd ta’ matul is-Sena. Il-ġbir kollu tal-Quddies imur għall-Offerta ta’ San Pietru. |
Għada/Illum – jum iż-ŻgħaŻagħ Rabtin Pawlini | Fis-7.30pm Quddiesa fil-Pjazza tal-Parroċċa organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini ċċelebrata mir-Rev. Dun Sean Abela. Ikanta Fr. Karm Debattista MSSP. |
It-Tnejn 26 ta’ Ġunju – ħruġ tal-Vara Titulari ta’ San Pawl min-niċċa | Fis-6.30pm Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali. Fis-7.00pm Jibda marċ mill–Banda Konti Ruġġieru fejn tilqa’ l-ħruġ tal-Vara ta’ San Pawl fil-bieb Prinċipali tal-Bażilika. Fit-8.30pm Ħruġ tal-vara tal-Appostlu Missierna San Pawl min-niċċa. Jitkanta l-Innu Popolari tingħad il-Kurunella u tingħata l-Barka Sagramentali. |
It-Tlieta 27 ta’ Ġunju – Jum it-Tfal tal-Parroċċa | Fis-6.30pm Quddiesa għat-Tfal tal-Parroċċa ċċelebrata mill-Arċipriet il-W.R. Kan. Joseph Mizzi u Animata mill-Grupp Tiberija. Fis-7.15pm Dimostrazzjoni bis-sehem tat-Tfal li matulha tinġarr l-istatwa ta’ San Pawl li tgħaddi minn diversi toroq tal-Parroċċa bis-sehem tal-Banda Konti Ruġġieru. Wara jsir festin għat-tfal fuq iz-Zuntier. |
L-Erbgħa 28 ta’ Ġunju – l-Ewwel Jum tat-Tridu – jum il-Kelma t’Alla | Fis-6.30pm Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-Kan. Ivan Scicluna u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit, Kappillan tal-Parroċċa Griega-Kattolika. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-Letturi kollha tal-Parroċċa fejn jiġi mġedded is-servizz tagħhom. Tingħad il-Kurunella lill-Appostlu Missierna San Pawl, l-Innu tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. Fit-8.30pm Serata Pawlina fuq iz-Zuntier. |
Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju – It-Tienu jum tat-Tridu – Jum il-Komunità Parrokkjali | Fis-6.30pm l-istess bħal Jum ta’ qabel – imexxi l-Kan. George Spiteri u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. – Mistiedna l-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokjali, Kummissjonijiet u l-Għaqdiet tal-Parroċċa. Tingħad il-Kurunella, jitkanta l-innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewklaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. |
Il-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju – it-Tielet Jum tat-Tridu – Jum l-Appostolat Nisrani | Fis-6.30pm l-istess bħal jiem ta’ qabel – imexxi l-Mons. Louis Suban u jipprietka l-Papàs Prof. Martin Zammit. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl. Mistieden kulħadd biex bħal San Pawl inkunu xandàra tal-Kelma t’Alla. Kurunella, Innu tat-Tridu u Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. |
Is-Sibt 1 ta’ Lulju – Lejlet il-Festa | Fit-8.30am Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kan. John Buhagiar flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u Kleru bil-kant tat-Te Deum u bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fl-4.30pm Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali ċċelebrata min Patri Martin Coleiro OFM. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata mmexxija mill-E.T. Nunzju Appostoliku Mons. Savio Hon Tai-Fai bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.00pm Translazzjoni Solenni bir-Relikwa tal-Appostlu Missierna San Pawl immexxija mill-E.T. Nunzju Appostoliku mis-Santwarju tal-Grotta ta’ San Pawl bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru tal-Parroċċa, Abbatini, Fratellanza ta’ San Pawl u tal-Ordni tas-Santu Sepulkru.. Lura fil-Bażilika jsir l-Għasar Solenni, Salve Regina,Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. |
Il-Ħadd 2 ta’ Lulju – Nhar il-Festa Quddies tal-10.30am u ta’ l-12.00pm ma jkunx hawn | Fis-6.00am Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali. Fis-7.30am Quddiesa għall-Fratelli u Benefatturi tal-Festa. Fit-8.30am Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-Kan. Joseph Mizzi Arċipriet flimkiem mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Jinseġ l-paniġierku Patri Christopher Caruana O.P. Fil-11.15am Quddiesa ċċelebrata min Patri William Bartolo OfM Conv. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bl-Għasar immexxija min Dun Christopher Bugeja bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.15pm Purċissjoni bil-vara tal-Appostlu Missierna San Pawlu r-Relikwa tad-Driegħ Imqaddsa ta’ San Pawl immexxija min Dun Christopher Bugeja flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru tal-Parroċċa. Xħin tidħol l-Purċissjoni fil-Bażilika ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Fl-aħħar jitkanta l-Innu Malti. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 18 TA’ ĠUNJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw il-11-il Ħadd ta’ Matul s-Sena. Fil-Bażilika niċċelebraw il-Festa Solenni ta’ Corpus Domini. Jum il-Missier |
Is-Sibt 17 ta’ Ġunju | Fis-6.00pm Quddiesa tal-Komunitá Parrokkjali mmexxija mill-W.R. Kan. David Cilia bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.00pm Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. Fid-8.45pm fuq iz-Zuntier tal-Bażilika tiġi nawgurata l-infjorata maħduma mill-voluntiera Rabtin Pawlini. |
Il-Ħadd 18 ta’ Ġunju – Festa Solenni ta’ Corpus Domini | Quddies fis-6.00am u fis-7.30am Fid-9.00am Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Patri Alllister Aquilina OFM Conv. flimkien mal-Kapitlu, il-Kleru u r-Reliġjużi tal-Parroċċa. Fl-10.30am toħroġ l-Purċissjoni Solenni b’Ġesù Ewkaristija u ssir waqfa żgħira fil-Knisja ta’ San Franġisk. Takkumpanja l-Purċissjoni b’innijiet Sagri u Ewkaristiċi l-Banda Ċittadina Konti Ruġġieru. Fl-12.00pm Quddiesa ċċelebrata mill-W.R. Kan. Mario Said. Fis-6.00pm Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mir-Rev. Dun Joe Fsadni bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru u Reliġjużi. Matulha jsir l-Għasar Solenni. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Fis-7.15pm Purċissjoni Solenni bis-Santissimu Sagrament. Matul il-Purċissjoni jsiru waqfiet fil-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u fil-Knisja ta’ San Mark. Mad-dħul tal-Purċissjoni ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. |
It-Tlieta 20 ta’ Ġunju | Fil-5.00pm Issir id-Duttrina għat-Tfal li se jagħmlu l-Griżma fiċ-Ċentru Parrokkjali. Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir il-Laqgħa tal-Għaqda Kompensatriċi. |
Il-Ħamis 22 ta’ Ġunju | Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju mill-Grupp ta’ Talb ta’ San Padre Piju tal-Pjagi. |
Is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Ġunju | Il-ġbir kollu bħal kull sena jmur għall-Obolo di San Pietro. |
Il-Ħadd 25 ta’ Ġunju | Jum iż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini Fis-7.30pm: Quddiesa fil-Pjazza organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini ċċelebrata mir-Rev. Dun Sean Abela. Ikanta Fr. Karm Debattista MSSP. Il-Quddiesa tas-6.00pm fil-Bażilika ma’ ssirx. |
Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja.mt |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ ĠUNJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej. L-Arċisqof iħabbar li d-dispensa li ngħatat minħabba l-Covid 2019 ser titneħħa mill-Ħadd 11 ta’ Ġunju 2023. Għalhekk dawk li jistgħu jattendu l-Quddiesa fil-knisja, il-quddiesa fuq it-televiżjoni mhix ser tibqa’ tgħodd għalihom. |
It-Tnejn 12/06/23 | Jum it-Tfal tal-Ewwel Tqarbina li jattendu l-iskola primarja tar-Rabat. 9.30am Purċissjoni mill-Iskola Primarja għall-Bażilika u wara tiġi ċċelebrata Quddiesa. Infakkru li mit-Tnejn 12 sal-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju, il-Quddies ta’ filgħaxija ser ikun fis-6.30pm u mhux 6pm. |
It-Tlieta 13/06/2023 | Jum l-anzjani u l-morda Rabtin. 10.00am: Quddiesa ċċelebrata mill-Kan. Joseph Galea għall-anzjani u għall-morda Rabtin li jinsabu f’xi djar tal-anzjani fejn jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Din hija organizzata mill-Kummissjoni Djakonija u animata mill-Grupp Tiberija Familja. 7.00pm: Fil-Bażilika ssir Lejla Mużiko-Reliġjuża: L-Ewkaristija u San Tumas t’Akwinu. Jipparteċipaw ir-Rev. Dun Sean Abela u l-Kor Bażilika San Pawl. Kulħadd hu mistieden. |
L-Erbgħa 14/06/2023 | L-ewwel jum tat-Tridu: L-Ewkaristija li tgħaqqadna: Jum il-Paċi 8.00am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija. 8.30am: Espożiozzjoni tal-Ewkaristija sa 12.00pm u mill-4.00pm sas-6.00pm. 6.00pm: Rużarju quddiem Ġesù espost. 6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar. Iqaddes il-Kan. Louis Farrugia u jipprietka l-Kan. Luke Cutajar. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. |
Il-Ħamis 15/06/2023 | It-tieni jum tat-Tridu: L-Ewkaristija: ħobż għall-għixien: Jum il-Karità Filgħodu jsir bħall-ġurnata ta’ qabel. 6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar. Iqaddes il-Kan. Joseph Cilia u jipprietka l-Kan. Luke Cutajar. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. F’din il-Quddiesa ser jingħataw l-għotjiet ta’ ikel u donazzjonijiet il-Dar tal-Kleru. |
Il-Ġimgħa 16/06/2023 | It-tielet jum tat-Tridu: L-Ewkaristija tiġborna biex nimxu wara Ġesù: Jum il-Fratellanzi Filgħodu jsir bħall-ġurnata ta’ qabel. 6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar. Iqaddes il-Kan. Timon Mercieca u jipprietka l-Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet tar-Rabat. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali. F’din il-Quddiesa ser issir il-professjoni tal-Fratelli u Konsorelli fi ħdan il-Fratellanzi. |
Is-Sibt 17/06/2023 | Lejlet il-Festa Solenni tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej 8.00am: Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Michael Zammit flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla, bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. 4.30pm: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali minn Fr Frankie Cini MSSP. 6.00pm: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali mill- Kan. David Cilia bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. 7.00pm: Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali. 8.45pm: Fuq iz-Zuntier tal-Bażilika, tiġi nawgurata l-Infjorata maħduma mill-voluntiera Rabtin Pawlini. |
Il-Ħadd 18/06/2023 | Nhar il-Festa Solenni u Prinċipali tar-Rabat 9.00am: Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-W.R. Patri Allister M. Aquilina OFM Conv. akkumpanjat mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata, il-Kleru u r-Reliġjużi tal-Parroċċa. Wara toħroġ il-Purċissjoni bis-Santissmu Sagrament bis-sehem tal-Kapitlu, Kleru, Reliġjużi, Abbatini, Arċikonfraternità tas-Ssmu Sagrament, Tfal tal-Ewwel Tqarbin, Rabat Scout Group u Rabat Girl Guides. 6.00pm: Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mir-Rev. Dun Joe Fsadni, bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru u Reliġjużi. Matulha jsir l-Għasar Solenni. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Wara toħroġ il-Purċissjoni bis-Santissmu Sagrament bis-sehem tal-Kapitlu, Kleru, Reliġjużi, Abbatini, u tal-Fratellanzi tal-Bażilika. |
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 4 TA’ ĠUNJU 2023
Is-Sibt u l-Ħadd | Niċċelebraw is-Solennità tat-Trinità Qaddisa. F’dan il-week-end ikollna l-ġabra speċjali għal din il-Bażilika. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom. Għada/Illum fis-6.00pm isser l-offerta taż-Żejt lill-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ Santa Luċija. Il-Quddiesa tkun immexxija mill-Kappillan Dun Ronnie Zammit. Jieħdu sehem l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann. |
Il-Ħamis | Wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet. |
Is-Sibt 10 ta’ Ġunju | Fl-4.30pm issir l-Ewwel Tqarbina għat-Tfal tal-Parroċċa. Ikanta l-Kor Tfal Bażilika San Pawl. |
Avviżi oħra | F’dan il-week-end tkompli l-attività ‘Ikel Missirijietna’ organizzata mill-Kumitat Festi Esterni fuq iz-Zuntier tal-Bażilika. Ħdejn il-Presbiterju hemm żewġt iqfief biex jinġabar ikel għad-Dar tal-Kleru. Dan ser jiġi ppreżentat lid-Direttur ta’ din id-Dar, fit-tieni jum tat-Tridu ta’ Corpus Domini. Nitolbukom biex tkunu ġenerużi. Grazzi. Il-Ġimgħa 23 ta’ Ġunju ser ssir attività fl-okkazzjonji ta’ Jum il-Missier. Biljetti jinkisbu mill-Uffiċċju Parrokkjali. Il-Biljett rebbieħ tal-istatwa tal-Madonna huwa numru 25. Il-Quddies ta’ fost il-Ġimgħa jkunu hekk: fis-7.00am u fit-8.00am u fis-6.00pm |
Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa f’iktar dettal fuq rabat.knisja. mt – Grazzi |