Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 1 TA’ JANNAR 2023

  1. Għada/Illum niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Omm Alla.
  1. Għada/Illum fis-6.00pm Quddiesa Kantata bil-kant tal-Veni Creator bis-sehem tal-Kor Bażilika ta’ San Pawl.
  1. Għada/Illum ikun l-Ewwel tas-Sena issir il-ġabra għad-Dar tal-Providenza. Fejn il-bieb il-kbir issibu wkoll kaxxa għad-Dar tal-Providenza fejn tistgħu titfgħu d-donazzjoni tagħkom.
  1. Nhar il-Ħamis wara l-Quddies tas-6.00pm bħas soltu jkollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  1. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir l-Adorazzjoni organizzata skond l-intenzjoni tal-Papa Franġisku.
  1. Navżawkom ukoll li nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis-7.15pm se jkollna Kunċert tal-Epifanija hawnhekk fil-Bażilika tagħna mill-Joy Gospel Singers bis-sehem ukoll tal-Kor tat-tfal u tal-Parroċċa. Kulħadd mistieden għal dan il-kunċert.
  1. Nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023 Solennità tal-Epifanija tal-Mulej. Fil-5.00pm Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament organizzata mill-Arċikonfraternità tas-Sagrament li tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, Katakombi, Ħal Bajjada, Rudolph Saliba, Ċagħki, Ferris Kola Xara, Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa.Kif tidħol il-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
  1. L-Arċipriet, il-Kapitlu, il-Kleru u l-Kunsill Parrokkjali jawguraw is-Sena t-tajba lil kulħadd.
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 25 TA’ DIĊEMBRU 2022

1. Għada/Illum niċċelebraw is-Solennità tat-Twelid ta’ Ġesu’ Bambin.

2. Illum Lejliet il-Milied –
• Kif tispiċċa l-Quddiesa tas-6pm se tidħol il-purċissjoni tal-Bambin fejn ikollna programm qasir mtella’ mill-Museum.
• Fl-10.15pm tiftaħ il-Knisja u fil-11.00pm tibda funzjoni fejn ikollna innijiet tal-Milied u reċta mit-tfal u l-prietka tradizzjonali tal-Milied.
• F’12am Quddiesa Solenni Konċelebrata tal-Lejl tal-Milied.

3. Għada l-Ħadd Jum il-Milied – Il-quddies ikun fis-7.30am, fid-9am, fl-10.30am, f’12pm u fis-6.00pm. Il-quddiesa tas-6.00am ma ssirx.

4. Kwaranturi tal-Milied – Adorazzjoni personali quddiem Ġesu’ Ewkaristija minn għada t-Tnejn sa nhar l-Erbgħa 28 mid-9.00am sa 12.00pm u mill-4.00pm sal-5.30pm. Fil-5.30pm Ruzarju u fis-6.00pm Quddiesa b’dawn it-temi:

• It-Tnejn l-Ewkaristija: Ħobż maqsum u mogħti
• It-Tlieta l-Ewkaristija tagħtina missjoni
• L-Erbgħa l-Ewkaristija tagħmilna xhieda

5. Is-Sibt 31 ta’ Diċembru 2022: L-aħħar jum tas-Sena fl-4.30pm Quddiesa u fis-6.00pm Quddiesa Kantata bil-kant tat-Te Deum bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.

6. Nhar il-Ħadd ikun l-Ewwel tas-Sena, issir il-ġabra għad-Dar tal-Providenza. Fejn il-bieb il-kbir issibu wkoll kaxxa għad-Dar tal-Providenza fejn tistgħu titfgħu d-donazzjoni tagħkom.

7. Navzawkom ukoll li nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis-7.15pm se jkollna Kunċert tal-Epifanija hawnhekk fil-Bazilika tagħna mill-Joy Gospel Singers bis-sehem ukoll tal-Kor tat-tfal u tfal tal-Parroċċa. Kulħadd mistieden għal dan il-kunċert.

8. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

9. L-Arċipriet, il-Kapitlu, il-Kleru u l-Kunsill Parrokkjali jawguraw il-Milied u s-Sena t-tajba lil kulħadd.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 18 TA’ DIĊEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw ir-Raba’ Ħadd tal-Avvent.
  1. It-Tnejn nkomplu bin-Novena tal-Milied fejn fis-6.00pm jkollna quddiesa bl-omelija u wara mument ċkejken ta’ Adorazzjoni u Barka Sagramentali. Din is-sena fin-Novena qegħdin nirriflettu fuq il-Verbi ta’ Marija – Marija li se tgħallimna kif inħejju ruħna. Nistedinkom biex f’dawn id-9 t’ijiem nipparteċipaw bi ħġarna biex tassew inħejju ruħna għall-Milied li ġej:
  • It-Tnejn – Marija tfaħħar – Jum il-Fratellanzi tal-Parroċċa
  • It-Tlieta – Marija tgħin – Jum l-Għaqdiet Reliġjuzi
  • L-Erbgħa – Marija li twelled – Jum is-Servizz Liturġiku – Mistiedna dawk li jagħtu s-sehem tagħhom bħala letturi, ministri tat-tqarbin u animaturi.
  • Il-Ħamis – Marija li turi – Jum it-Tfal – mistiedna t-tfal kollha tal-parroċċa u mistiedna jġibu l-Bambin jew xi grotta zgħira biex nberkuhom.
  • Il-Ġimgħa – Marija li tilqa’ – Jum il-Benefatturi ħajjin u mejtin
  1. Għada t-Tnejn l-Iskola Medja tar-Rabat torganizza purċissjoni bil-Bambin qabel il-quddiesa tal-Milied tal-Iskola. Tibda għall-ħabta tat-8.30am minn Triq Ferris u tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq Kola Xara, Kulleġġ, Santa Marija, Sant’Antnin, Kulleġġ għall-Knisja Bazilika.
  1. Is-Sibt Lejliet il-Milied –
  • Jkollna quddiesa fl-4.30pm u fis-6.00pm jkollna l-Quddiesa tal-Vġili. Kif tispiċċa l-Quddiesa se tidħol il-purċissjoni tal-Bambin fejn ikollna programm qasir mtella’ mill-Museum.
  • Il-purċissjoni tibda fil-5.30pm u tgħaddi mit-toroq Ferris, Kulleġġ, Konti Ruġġieru, San Franġisk, Kbira, Repubblika, Santu Wistin, San Ġuzepp, San Pawl u Pjazza.
  • Fl-10.15pm tiftaħ il-Knisja u fil-11.00pm tibda funzjoni fejn ikollna innijiet tal-Milied u reċta mit-tfal u l-prietka tradizzjonali tal-Milied.
  • F’12am Quddiesa Solenni Konċelebrata tal-Lejl tal-Milied.
  1. Il-Ħadd Jum il-Milied – Il-quddies ikun fis-7.30am, fid-9am, fl-10.30am, f’12pm u fis-6.00pm. Il-quddiesa tas-6.00am ma ssirx.
  1. Dan hu l-aħħar weekend tal-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Kollox nofs prezz.
  1. Għada/Illum il-Ħadd filgħodu waqt li l-Banda Konti Ruġġieru tkun qed tallegra l-Pjazza tal-Parroċċa, jkollna l-Bake Sale uffiċċjali mtella’ mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċa.
  1. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ DIĊEMBRU 2022

1. Għada/Illum niċċelebraw it-Tielet Ħadd tal-Avvent.

2. Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.

3. Nhar it-Tnejn lejlet il-festa pubblika attività għat-tfal tal-parroċċa fejn fis-5.45pm niltaqgħu fuq z-Zuntier sabiex it-tfal jitqassmu skont l-età għall-Christmas Movie Night. Din l-attività hija bla ħlas.

4. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa tas-6.00pm nofs siegħa mal-Kelma t’Alla mument ta’ riflessjoni fuq l-Evanġelju tal-Ħadd fi żmien l-Avvent minn Fr. Martin Cilia MSSP.

5. Nhar il-Ħamis nagħtu bidu għan-Novena tal-Milied fejn fis-6.00pm jkollna quddiesa bl-omelija u wara mument ċkejken ta’ Adorazzjoni u Barka Sagramentali. Din is-sena fin-Novena se nirriflettu fuq il-Verbi ta’ Marija – Marija li se tgħallimna kif inħejju ruħna. Nistedinkom biex f’dawn id-9 t’ijiem nipparteċipaw bi ħġarna biex tassew inħejju ruħna għall-Milied li ġej:

• Il-Ħamis – Marija li tisma’ – Jum il-Kunsill Pastorali, Kunsill Ekonomiku u l-Kummissjonijiet.
• Il-Ġimgħa – Marija li tistaqsi – Jum l-Għaqdiet Soċjali u Ċivili tar-Rabat
• Is-Sibt – Marija taċċetta – Jum l-Għaqdiet tal-Familji

• Il-Ħadd – Marija tgħaġġel – Jum l-Abbatini u l-Vestizzjoni – Flok fil-quddiesa tas-6.00pm in-Novena l-Ħadd issir fil-Quddiesa tal-10.30am

6. Nhar il-Ġimgħa wkoll, fit-8.00pm – Quddiesa għall-Adoloxxenti u ż-Żgħazagħ tal-Parroċċa.

7. Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street wasal għall-aħħar ġimgħa. Ikun miftuħ kuljum u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom biex izuru dan il-ħanut din il-ġimgħa, prezzijiet speċjali għal dawn iz-zminijiet.

8. Fejn il-bibien tal-Knisja se ssibu min ibiegħ ħelu għal dan iz-zmien, imbagħad nhar il-Ħadd filgħodu waqt li l-Banda Konti Ruġġieru tkun qed tallegra l-Pjazza tal-Parroċċa, jkollna l-Bake Sale uffiċċjali mtella’ mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċa.

9. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 4 TA’ DIĊEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent.
  2. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa tas-6.00pm nofs siegħa mal-Kelma t’Alla, mument ta’ riflessjoni fuq l-Evanġelju tal-Ħadd fi żmien l-Avvent u l-Milied minn Fr. Martin Cilia MSSP.
  3. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  4. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir l-Adorazzjoni Organizzata skond l-intenzjoni tal-Papa Franġisku.
  5. Nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru fis-7.00pm issir ir-reċta Ħolm tal-Milied imtellgħa mill-Kummissjoni Tfal fis-Sala Dun Karm Lia, u il-Ħadd fit-3.30pm. Donazzjoni ta’ €5. Tfal taħt il-5 snin bla ħlass.
  6. Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street qed ikun miftuħ kuljum u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġuom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
  7. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
  8. Tista’ tordna l-ponsietta mill-Uffiċċju Parrokkjali għall-prezz ta’ €4.
  9. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet ta’ din il-Knisja Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem.
  10. Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru festa ta’ Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied fil-Pjazza tal-Parroċċa. Nibdew bil-Quddies fl-10.30am u nispiċċaw b’sorpriża fil-Pjazza għal ħabta sal-5.00pm
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 27 TA’ NOVEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent.
  2. Nhar it-Tlieta wara l-Quddiesa tas-6.00pm nofs siegħa mal-Kelma t’Alla, mument ta’ riflessjoni fuq l-Evanġelju tal-Ħadd fi żmien l-Avvent u l-Milied minn Fr. Martin Cilia MSSP.
  3. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  4. Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir l-Adorazzjoni Organizzata skond l-intenzjoni tal-Papa Franġisku.
  5. Nhar is-Sibt 3 ta’ Diċembru fis-7.00pm issir ir-reċta Ħolm tal-Milied imtellgħa mill-Kummissjoni Tfal fis-Sala Dun Karm Lia, u il-Ħadd fit-3.30pm. Donazzjoni ta’ €5. Tfal taħt il-5 snin bla ħlass.
  6. Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street qed ikun miftuħ kuljum u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġuom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
  7. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
  8. Tista’ tordna l-ponsietta mill-Uffiċċju Parrokkjali għall-prezz ta’ €4.
  9. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet ta’ din il-Knisja Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem.
  10. Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru festa ta’ Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied fil-Pjazza tal-Parroċċa. Nibdew bil-Quddies fl-10.30am u nispiċċaw b’sorpriża fil-Pjazza għal ħabta sal-5.00pm
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 20 TA’ NOVEMBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw is-Solennità ta’ Sidna Ġesu’ Kristu Sultan tal-Ħolqien Kollu – Kristu Re.
  2. Għada/Illum Mons. Arċisqof fil‑5:00 p.m., jiċċelebra l‑Għasar u l‑Barka Sagramentali fil‑festa ta’ Kristu Re, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta.
  3. Nhar it-Tnejn festa tal-Madonna tat-Tempju quddiesa fis-6.00pm bil-ħsieb u bis-sehem tal-Kor tat-Tfal.
  4. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  5. Nhar il-Ħamis jaħbat l-10 anniversarju mill-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Mons. Arċisqof Charles J Scicluna, xieraq nitolbu għalih.
  6. It-Tnejn 28 ta’ Novembru fis-6.30pm se ssir laqgħa ta’ formazzjoni għal dawk kollha mpenjati fil-liturġija fil-parroċċa tagħna.
  7. Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street qed ikun miftuħ kuljum u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
  8. Tista’ tara l-avviżi u aħbarijiet tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
  9. Tista’ tordna l-ponsietta mill-Uffiċċju Parrokkjali għall-prezz ta’ €4.
  10. Il-Ħamis 8 ta’ Diċembru festa ta’ Tradizzjonijiet Maltin tal-Milied fil-Pjazza tal-Parroċċa. Nibdew bil-Quddies fl-10.30am u nispiċċaw b’sorpriża fil-Pjazza għal ħabta sal-5.00pm
Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 13 TA’ NOVEMBRU 2022

1. Għada/Illum niċċelebraw it-33 Ħadd taż-Żmien ta’ matul is-Sena.

2. Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.

3. It-Tberik ikompli nhar it-Tnejn b’dawn it-Toroq:

– R. Saliba, J. Muscat, Taċ-Ċagħki u Kan. Gatt Said.

4. Nhar l-Erbgħa ser issir Laqgħa ta’ Formazzjoni organizzata mill-Għaqda Kompensatriċi għal kulħadd fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa fin-Nigret, fl-4.30pm jingħad ir-Rużarju, fil-5.00pm Quddiesa. Wara jkun hemm “break” u fis-6.30pm ikun hemm taħdita minn Fr. Sean Abela.

5. Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.

6. Nhar is-Sibt fis-7.00pm Cinema Night organizzata mill-Kummissjoni Familja fiċ-Ċentru Pastorali.

7. L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta Kummiedja Soċjali fis-Sala Parrokkjali Dun Karm Lia nhar is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Novembru fis-7.00pm.

8. Il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street qed ikun miftuħ kuljum filgħaxija u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.

9. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

10. Tista’ tordna l-ponsiette mill-Uffiċċju Parrokkjali għall-prezz ta’ €4.

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 06 TA’ NOVEMBRU 2022

Għada/Illum niċċelebraw it-32 Ħadd taż-Żmien ta’ matul is-Sena.

Għada/Illum l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.

Matul din Il-Ġimgħa jkollna dan li ġej:

  • It-Tberik fid-djar ikompli kif ġej:
  • Nhar it-Tnejn: Triq San Ġwann l-Għammied.
  • It-Tlieta: Toroq Kola Xara u Stivala
  • Il-Ħamis: Triq San Patrizju
  • Il-Ġimgħa : Toroq Ferris u San Luqa
  • Nhar it-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  • Nhar l-Erbgħa fis-6.30pm issir laqgħa għall-fratelli.
  • Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
  • Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm issir laqgħa għall-ġenituri kollha li uliedhom se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof is-sena ddieħla.

Infetaħ il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Se jkun miftuħ kuljum filgħaxija u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.

L-Għaqda Drammatika Rabat se tippreżenta Kummiedja Soċjali fis-Sala Parrokkjali Dun Karm Lia nhar is-Sibt 12 u l-Ħadd 13 ta’ Novembru fis-7.00pm.

Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt

Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 30 TA’ OTTUBRU 2022

1. Għada/Illum niċċelebraw it-31 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena. Infakkrukhom li dan il-lejl ndawru/dawwarna l-arloġġ siegħa lura.

2. Matul din il-ġimgħa jkollna dan li ġej:
a) Nhar it-Tnejn nbierku Toroq Sant’ Aristarku u San Tumas. Fis-6.15pm Quddiesa fil-Kappella ta’ Qasha f’għeluq ix-xahar ta’ Ottubru, ix-xahar tar-Ruzarju.

b) Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Novembru – Solennità tal-Qaddisin Kollha.
Fis-6.00pm Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fejn huma mistiedna jilbsu tal-qaddis favorit tagħhom bis-sehem tal-Kor tat-Tfal. Navzawkom ukoll li xi tfal u kbar se jkunu qegħdin iduru fit-toroq iħabbtu l-bibien biex jinġabar ikel għal nies fil-bzonn fil-parroċċa tagħna. Inħeġġu lit-tfal u l-kbar biex jingħaqdu magħna f’din l-attività u l-ikel li jinġabar jiġi pprezentat fil-Knisja waqt il-quddies tad-6.00pm.

c) It-Tlieta wkoll ser issir Quddiesa fis-6.00pm fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta li fiha s-Seminarista Karl Andrew Schembri ser ikun qed jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat, Kulħadd huwa misteden li jattendi. Nitolbu għal Karl u iktar vokazzjonijiet.

d) Nhar l-Erbgħa t-2 ta’ Novembru – L-Għid tal-Imwiet
Il-quddies filgħodu jkun fis-6.00am, 6.30am, 7.00am, 7.30am, 8.00am u 8.30am.
Fis-6.00pm Quddiesa Konċelebrata bl-Għasar għal dawk li mietu bejn Novembru 2021 u Ottubru 2022 bis-sehem tal-Kor Bazilika San Pawl. Fi tmiem il-quddiesa jsir it-tberik tal-oqbra fil-Bazilika, fl-Oratorju u fil-Grotta ta’ San Pawl.

e) Nhar il-Ħamis 3 ta’ Novembru fis-6.00pm Quddiesa fil-Kannierja u wara jsir it-tberik tal-oqbra. Il-quddiesa tas-6.00pm fil-Bazilika ma ssirx. Matul Novembru l-Kannierja tkun miftuħa ix-xahar kollu fil-ħin tal-quddies.

f) Nhar il-Ġimgħa 4 ta’ Novembru fl-4.30pm Quddiesa fiċ-Ċimiterju Santa Margerita u wara jsir it-tberik tal-oqbra.

g) Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar għalhekk issir l-Adorazzjoni organizzata wara l-quddiesa ta’ filgħaxija.

h) Nhar il-Ħadd fid-9.00am issir Quddiesa għall-Erwieħ tas-Saċerdoti li servew fil-Parroċċa tagħna kif ukoll għas-soċi tas-Soċjetà San Pawl Banda Konti Ruġġieru.

3. Nhar il-Ħadd l-Ewwel Ħadd tax-xahar għalhekk issir il-ġabra għall-bzonnijiet tal-Bazilika tagħna.

4. Infetaħ il-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Se jkun miftuħ kuljum filgħaxijiet u fil-weekends il-ġurnata kollha. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
5. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt