-
- Għada/Illum niċċelebraw it-30 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
- Għada/Illum hija il-Ġurnata Missjunarja, il-ġbir kollu jmur għall-bżonnijiet tal- Missjoni.
- Nhar it-Tnejn ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:
It-Tnejn – Toroq Ħal Tartarni u Nutar F. Catania
Il-Tlieta – Triq San Piju V
Il-Ħamis – Misraħ San Duminku u Vincenzo Ciappara
Il-Ġimgħa – Triq San Trofimu
- Nhar it-Tlieta l-1 ta’ Novembru ser issir Quddiesa fis-6.00pm fil-Kon Kattidral ta’ San Ġwann il-Belt Valletta li fiha s-Seminarista Karl Andrew Schembri ser ikun qed jirċievi l-Ministeru tal-Akkolitat, Kulħadd huwa misteden li jattendi. Nitolbu għal Karl.
- Nhar il-Ġimgħa l-Għaqda Kompensatriċi ser torganizza Pellegrinaġġ għal Knisja Parrokkjali tal-Madonna tal-Mellieħa. Tluq fit-3.30pm minn Triq Santa Rita. Biljetti mingħand il-Membri tal-istess Għaqda.
- Nhar il-Ġimgħa ftuħ tal-Christmas Shop tal-Parroċċa f’Main Street. Inħeġġukom żżuru dan il-ħanut u tagħmlu użu minnu f’dan iż-żmien.
- Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 16 TA’ OTTUBRU 2022
- Għada/Illum niċċelebraw id-29 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
- Illum is-Sibt fis-6.00pm tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof għall-Adolexxenti bniet fil-Bażilika tagħna.
- Għada/Illum fid-9.00am tiġi ċċelebrata l-Griżma tal-Isqof għall-Adolexxenti subien fil-Bażilika wkoll.
- Il-Quddiesa tal-10.30am għall-nhar il-Ħadd biss tibda fil-11.00am.
- Għada/Illum bħala parti mill-Festa ta’ San Luqa fin-Nigret fl-10.30am Quddiesa għall-Anzjani minn Rev. Fr. Joe Fsadni, l-ewwel Rettur taċ-Ċentru Pastorali San Luqa. Mistiedna speċjali huma dawk ol-anzjani li jgħixu weħidhom f’darhom. Wara l-quddiesa huma mistiedna għal ikla flimkien fiċ-Ċentru.
- Nhar it-Tlieta Festa Tfal: Fis-6.30pm quddiesa jqaddes Fr. John Buhagiar, Rettur taċ-Ċentru. Wara jkun hemm logħob għat-tfal, kant u zfin u stand tal-ikel u xord. It-tfal l-familji huma mistiedna.
- Nhar is-Sibt Festa familja fis-6.30pm Quddiesa jqaddes ir-Rev. Arċipriet il-Kan. Joseph Mizzi. Wara jkun hemm kant u spettaklu u diversi platti ta’ ikel u xorb. Kulħadd mistieden.
2. Nhar it-Tlieta ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:
It-Tlieta – Ġorġ Borg Olivier
Il-Ħamis – Vinċenz Ferreri u Merħliet
Il-Ġimgħa – Tat-Torri u Pawlu Xuereb
3. Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru ser issir Ħarġa għal San Pawl tal-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar. Tluq fit-3.30pm fejn ikollna quddiesa u wara high tea f’lukanda fil-viċin. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
4. Nhar il-Ħadd 23 ta’ Ottubru il-Quddiesa tas-6.00pm ser tibda fil-5.00pm.
5. Għada/Illum fil-Knisja tal-Patrijiet Konventwali (Knisja ta’ San Franġisk) qed tiġi ċċelebrata l-Festa tal-Madonna tas-Saħħa d’dan il-programm:
- Nhar il-Ħadd Jum il-Festa jkun hemm Quddies fis-6.30am u fit-8.00am Quddiesa mmexxija mir-Rev. Arċipriet il-Kanonku Dun Joseph Mizzi.
- Ikun hemm Quddiesa wkoll fid-9.30am u l-10.30am
- Fil-5.00pm Konċelebrazzjoni Solenni mmexxija minn Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna u wara purċissjoni bil-kwadru mirakuluż u fl-aħħar Ċelebrazzjoni Ewkaristika quddiem l-Knisja mmexxija mill-Provinċjal ir-Rev. Patri Colin Sammut.
6. Nhar il-Ħadd li ġej 23 ta’ Ottubru nfakkru li taħbat il-Ġurnata Missjunarja. Il-ġbir kollu jkun għall-bżonnijiet tal-Missjoni.
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 09 TA’ OTTUBRU 2022
- Għada/Illum niċċelebraw it-28 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
- Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.
- Għada/Illum ser ikun hawn xi voluntiera ta’ Hospice Malta li ser ikunu jilqgħu donazzjonijiet ħdejn il-bibien tal-Knisja wara l-Quddies. Inħeġġukom biex tkunu ġenerużi u ngħinu l-Hospice Malta aħna wkoll.
- Nhar it-Tnejn fis-7.30pm issir it-tieni laqgħa għall-għarajjes bi tħejjija mill-Qrib għal żwieġ nisrani fiċ-Ċentru Pastorali.
- Nhar it-Tnejn ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:
- It-Tnejn – A. Curmy u R. Sammut
- It-Tlieta – Inguanez u Sta. Katarina
- Il-Ħamis – San Mikiel, San Bastjan u San Rokku
- Il-Ġimgħa – San Dwardu, Santa Roża, Pjazza forok u Triq ir-Rgħajja
- Nhar is-Sibt tkun ċċelebrata l-Grizma tal-Isqof għall-Adoloxxenti bniet fis-6pm u l-Ħadd għall-Adoloxxenti subien fid-9am hawn fil-Bazilika. Il-quddiesa tal-10.30am għall-Ħadd li ġej biss tibda fil-11am.
- Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru ser issir Ħarġa għal San Pawl tal-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar. Tluq fit-3.30pm fejn ikollna quddiesa u wara high tea f’lukanda fil-viċin. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 02 TA’ OTTUBRU 2022
- Għada/Illum niċċelebraw is-27 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
- Illum l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.
- Minn għada t-Tnejn jerġa’ jibda l-katekizmu fiċ-Ċentru tan-Nigret kif ukoll fil-Museum tas-Subien. Fr John bagħat javza lill-ġenituri d-data u l-ħin li uliedhom iridu jattendu fihom waqt li s-Superjur javza li l-ġranet tad-duttrina fil-Museum taċ-Ċagħki huma t-Tlieta u l-Ġimgħa bejn s-5.45pm u s-6.30pm. Importanti ħafna li nibgħatu t-tfal għall-formazzjoni nisranija tagħhom.
- Minn għada t-Tnejn jibda jingħad ir-Ruzarju fil-Kappella ta’ Qasgħa fil-5.30pm mill-membri tal-Legion of Mary għax-xahar ta’ Ottubru. Ir-Ruzarju jingħad hawn fil-Bazilika wara l-Quddiesa tas-6am u quddiem Ġesu Espost fil-5.30pm.
- Għada t-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
- Nhar l-Erbgħa ser jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-Nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-Laqgħat isiru fiċ-Ċentru Pastorali.
- Nhar l-Erbgħa fis-7.00pm ssir il-laqgħa għall-Ġenituri u l-Parrini li uliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof. Fis-6.30pm se jkun hawn is-saċerdoti disponibbli għall-Qrar.
- Nhar il-Ħamis fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Familja.
- Nhar il-Ġimgħa se ssir ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal kollha fis-6.00pm Quddiesa fil-Bazilika u wara Ruzarju animat għat-tfal quddiem l-istatwa tal-Madonna restawrata mill-ġdid fuq iz-zuntier.
- Nhar is-Sibt fid-9.00am ssir il-prova għall-Adoloxxenti Bniet u fl-10.30am għall-Adoloxxenti Subien.
- Nhar is-Sibt filgħaxija ssir Pasta Night fiċ-Ċentru tan-Nigret.
- Nhar il-Ħadd fil-quddiesa tal-10.30am isir il-mandat tal-Katekisti. Nattendu lkoll flimkien biex nagħtu bidu għal din is-sena kateketika.
- Minn għada t-Tnejn ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:
It-Tnejn – Tal-Virtu u Pietru Caxaru
It-Tlieta – Godwin Ganado
Il-Ħamis – Francesco Azzopardi
Il-Ġimgħa – G. Caruana u C. Fiamingo
- Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru ser issir Ħarġa għal San Pawl tal-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar. Tluq fit-3.30pm fejn ikollna quddiesa u wara high tea f’lukanda fil-viċin. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
- Id-distributuri tal-fuljett Flimkien huma ġentilment mitluba jiġbru l-fuljett mis-Sagristija. Grazzi bil-quddiem.
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 25 TA’ SETTEMBRU 2022
- Għada/Illum niċċelebraw is-26 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
Nhar il-Ħadd ikun l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.
- Nhar il-Ħamis wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikolla kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
- Nhar il-Ħadd fil-Quddiesa tal-10.30am qed nistiednu lit-tfal kollha biex iġibu magħhom il-basket jew il-pocket tal-iskola biex nberkuhom qabel il-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Nistiednu wkoll lill-għalliema u lil dawk kollha li jaħdmu fl-iskejjel biex jattendu.
- Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani ser tiġi kkonċelebrata Quddiesa nhar il-Ħamis 29 ta’ Settembru fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fil-10.45am. Din il-Konċelebrazzjoni se titmexxa mill-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina.
- Il-ktieb ‘Luminous Kindness’, il-pubblikazzjoni uffiċjali tal Vjaġġ Appostoliku tal Papa Franġisku f’Malta jinsab għal bejgħ mill-Ufficcju Parrokjali. Il-ktieb jinkludi sensiela ta’ ritratti mill-isbaħ li saru waqt din iż żjara fosthom dawk fir-Rabat u jinsab disponibbli f’qoxra iebsa għal €50 u f’qoxra ratba għal €30.
- Minn nhar is-Sibt l-1 ta’ Ottubru wara l-Quddiesa tas-6.00am jibda jingħad ir-Rużarju.
- Minn nhar l-Erbgħa 3 ta’ Ottubru fid-9.15am ser jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-Nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-Laqgħat isiru fiċ-Ċentru Pastorali.
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 18 TA’ SETTEMBRU 2022
- Għada/Illum niċċelebraw l-25 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
Għada/Illum fil-quddies kollu ssir il-ġabra ta’ kull sena favur l-Art Mqaddsa. Jekk jogħġobkom inkunu ġenerużi.
- It-Tlieta se tkun organizzata attività għat-tfal kollha bl-isem ta’ camp fire fuq iz-zuntier tal-Knisja. Nibdew bil-quddiesa tas-6pm hawn fil-Knisja u nkomplu bl-attivitajiet fosthom storytelling, mużika u daqq fuq iz-zuntier wara. Inħeġġu lit-tfal kollha biex jattendu għal din l-attività qabel il-bidu tal-iskola.
- L-Erbgħa niċċelebraw il-296 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tal-Bażilika tagħna. Fis-6.00pm ikollna Quddiesa Kantata bl-Għasar mmexxija mill-Arċipriet flimkien mal-Kleru u bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
- Is-Sibt se tkun organizzata Pizza Night fiċ-Ċentru San Luqa n-Nigret. Biljetti mingħand Fr John Buhagiar.
- Il-Ħadd li ġej fil-quddiesa tal-10.30am qed nistiednu lit-tfal kollha biex jġibu magħhom il-basket jew il-pocket tal-iskola biex nberkuhom qabel il-bidu ta’ sena skolastika ġdida. Nistiednu wkoll lill-għalliema u lil dawk kollha li jaħdmu fl-iskejjel biex jattendu.
- Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Anzjani ser tiġi kkonċelebrata Quddiesa nhar il-Ħamis 29 ta’ Settembru fil-Bażilika ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid fil-10.45am. Din il-Konċelebrazzjoni se titmexxa mill-Vigarju Episkopali għad-Djakonija Mons. Charles Cordina.
- Il-ktieb ‘Luminous Kindness’, il-pubblikazzjoni uffiċjali tal Vjaġġ Appostoliku tal Papa Franġisku f’Malta jinsab għal bejgħ mill-Ufficcju Parrokjali. Il-ktieb jinkludi sensiela ta’ ritratti mill-isbaħ li saru waqt din iż żjara fosthom dawk fir-Rabat u jinsab disponibbli f’qoxra iebsa għal €50 u f’qoxra ratba għal €30.
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ SETTEMBRU 2022
- Għada/Illum niċċelebraw l-24 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
- Għada/Illum ikollna l-Magħmudijiet.
- Għada/Illum fil-Kappella tal-Imtaħleb festa ta’ Marija Bambina fis-6.00pm Quddiesa kkonċelebrata mir-Rev. Kanonku Arċipriet Dun Joseph Mizzi. Wara l-Quddiesa tieħu sehem il-Banda Konti Ruġġieru.
- Nhar il-Ħamis festa tal-BVM tad-Duluri fis-6.00pm Quddiesa Kantata u Prietka bis-sehem tal-Fratellanza tad-Duluri.
- Il-Ħamis fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
- Il-Ġimgħa fis-7.00pm fil-Bażilika issir Laqgħa għall-Ġenituri u l-Parrinili uliedhom se jirċievu l-Griżma tal-Isqof din is-Sena. Minn jixtieq fis-6.30pm se jkun hawn Saċerdoti għall-Qrar.
- Is-Sibt u l-Ħadd li ġej issir il-Festa ta’ Santa Katerina f’tad-Daħla. Quddiesa fis-6.30pm fil-Kappella ddedikata lilha.
- Nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru fis-6.00pm ser issir Funzjoni tal-Inkurunazzjoni tal-Madonna tad-Duluri fil-Knisja tal-Madonna tad-Duluri fil-Ħamrun mill-Isqof Awżiljarju Mons. Joseph Galea Curmi. L-Għaqda Kompensatriċi tavża li min jixtieq jattendi jaqta’ l-biljetti mingħand l-Membri tal-istess Għaqda. Tluq fil-5.00pm minn Triq Santa Rita.
- Nhar is-Sibt l-24 ta’ Settembru se tkun organizzata Pizza Night fiċ-Ċentru San Luqa n-Nigret. Biljetti mingħand Fr John.
- Nixtiequ nħabbru li s-Sur Jesmond Falzon mill-Parroċċa Tagħna ser jibda s-sena tan-Novizzjat tiegħu fi ħdan l-Ordni tal-Predikaturi. Il-vestizzjoni tiegħu sejra ssir nhar is-Sibt 17 ta’ Settembru ġewwa Milan l-Italja. Filwaqt li bħala Komunità nawgurawlu nitolbu għalih u għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi mill-Parroċċa Tagħna.
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 4 TA’ SETTEMBRU 2022
- Għada/Illum niċċelebraw t-23 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
- Għada/Illum issir il-ġabra speċjali għal din il-Knisja Bażilika. Bħas-soltu nkunu ġenerużi u nirringrazzjawkom bil-quddiem.
- Nhar it-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
- Nhar il-Ħamis fis-6.00pm fil-Bażilika Quddiesa Kantata fl-okkażjoni tal-Festa tal-B.V.M. tal-Vitorja bis-sehem tat-Tfal.
- Nhar it-Tnejn 5 u nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru bejn l-5.00pm u s-6.30pm isiru r-Reġistrazzjonijiet tat-tfal kollha li jattendu jew ħa jibdew jattendu d-Duttrina s-Sena d-dieħla fiċ-Ċentru Pastorali San Luqa n-Nigret. Il-ġenituri tat-tfal il-ġodda għandhom iġibu ċ-ċertifikat tal-Magħmudija tat-tifla magħhom.
- Fil-Knisja ta’ Qasgħa tiġi ċċelebrata l-festa tal-B.V.M. tal-Vitorja b’dan il-programm:
- Nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru Lejlet il-Festa fis-6.00pm Adorazzjoni u Talb quddiem Ġesu’ Sagramentat.
- Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Settembru – Jum il-Festa fis-6.00pm jingħad ir-Rużarju Animat u fis-6.30pm Quddiesa Kantata mmexxija mill-Arċipriet il-Kan. Josesh Mizzi. – Kulħadd mistieden.
- Festa ta’ Marija Bambina l-Imtaħleb: Il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru – Majjalata.
- Is-Sibt 10 ta’ Settembru fis-6.00pm Quddiesa ċċelebrata mir-Rev. Fr. Joe Fsadni u wara serata ta’ għana.
- Il-Ħadd 11 ta’ Settembru fis-6.00pm Quddiesa kkonċelebrata mir-Rev. Kanonku Arċipriet Fr. Joseph Mizzi, wara l-Quddiesa tieħu sehem il-Banda Konti Ruġġieru.
- Fil-Knisja ta’ San Mark qed tiġi ċċelebrata l-Festa tal-B.V.M. bit-titlu taċ-Ċintura nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Settembru fis-6.00pm Transulazzjoni u Quddiesa Konċelebrata mill-W.R. Arċipriet il- Dun Joseph Mizzi, Antifona, Barka Sagramentali u Innu lill-Madonna taċ-Ċintura.
- Is-Sibt 10 ta’ Settembru – Jum il-Festa fis-6.00pm Quddiesa Solenni u fis-7.15pm ħruġ tal-Purċissjoni li wkoll tagħmel waqfa quddiem il-Bażilika Tagħna.
PROGRAMM CORPUS DOMINI
Dan huwa l-programm tal-Festa Solenni u Prinċipali tar-Rabat CORPUS DOMINI, li ser tkun iċċelebrata fil-Bażilika tagħna.
Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju 2022: Solennità tal-Pentekoste
L-Għotja taż-Żejt lill-Grotta ta’ San Pawl
5.30pm: Offerta taż-Żejt lis-Santwarju tal-Grotta ta’ San Pawl mill-Parroċċa ta’ Marija Mtellgħa s-Sema tal-Mosta, bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru u l-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann.
6.00pm Quddiesa Kantata mill-W.R. Dun Sebastian Caruana, Arċipriet tal-Mosta.
It-Tnejn 6 ta’ Ġunju 2022
7.00pm: Pasta Night fuq iz-Zuntier organizzata miż-Żgħażagħ Rabtin Pawlini.
Is-Sibt 11 ta’ Ġunju 2022: Jum il-Familji: niċċelebraw l-Anniversarji taż-Żwieġ
6.00pm: Quddiesa għall-koppji li matul din is-sena ċċelebraw jew ser jiċċelebraw anniversarju speċjali taż-żwieġ tagħhom. Iqaddes il-Kan. Claude Mifsud, Viċi Parroku u jkanta l-Kor Bażilika San Pawl.
It-Tlieta 14 ta’ Ġunju 2022: Jum il-Morda u l-Anzjani Rabtin
9.30am: Quddiesa għall-morda u anzjani Rabtin mill-W.R. Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda, organizzata mill-Kummissjoni Djakonija u animata mill-Grupp Tiberija Familja.
7.00pm: Mument ta’ talb fil-preżenza tar-relikwija tal-Beatu Carlo Acutis fejn fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.
Ir-Relikwija tal-Beatu Carlo Acutis ser tkun esposta l-Bażilika għall-qima tagħna sal-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022.
L-Erbgħa 15 ta’ Ġunju 2022: L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum is-Servizz
8.00am u 12.00pm: Ħruq ta’ murtali.
8.30am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija u wara tibda Esposizzjoni Ewkaristika sa 12pm u mill-4pm sal-quddiesa ta’ filgħaxija.
6.30pm: Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. Timon Mercieca u jipprietka Dun Gilbert Scicluna, u jkanta l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna dawk kollha li jagħtu sehemhom fil-Liturġija u fejn ser jiġi mġedded il-mandat tal-Ministri Straordinarji tat-Tqarbin.
Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.15pm: Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti u kaxxa nfernali.
Il-Ħamis 16 ta’ Ġunju 2022: It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum il-Karità
8.00am u 12.00pm: Ħruq ta’ murtali.
8.30am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija u wara tibda Esposizzjoni Ewkaristika sa 12pm u mill-4pm sal-quddiesa ta’ filgħaxija.
6.30pm: Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. John Buhagiar u jipprietka Dun Gilbert Scicluna, u janima l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-membri fi ħdan il-Kummissjoni Djakonija. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.15pm: Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti u kaxxa nfernali.
Il-Ġimgħa 17 ta’ Ġunju 2022: It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum il-Komunjoni
8.00am u 12.00pm: Ħruq ta’ murtali.
8.30am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija u wara tibda Esposizzjoni Ewkaristika sa 12pm u mill-4pm sal-quddiesa ta’ filgħaxija.
6.30pm: Quddiesa Kantata u Konċelebrata bl-Għasar. Imexxi l-W.R. Kan. Louis Farrugia u jipprietka Dun Gilbert Scicluna, u janima l-Kor Bażilika San Pawl. Mistiedna l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali u tal-Kummissjonijiet fi ħdan il-Parroċċa. Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu u ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali.
8.15pm: Wara l-Barka jkun hemm ħruq ta’ murtali, murtaletti u kaxxa nfernali.
8.30pm: Festa Familja fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa.
Is-Sibt 18 ta’ Ġunju 2022: Lejliet il-Festa Solenni ta’ Corpus Domini
8.30am: Quddiesa Solenni mmexxija minn Dun Joe Fsadni flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
9.00am: Ħruq ta’ kaxxa spanjola, murtali u murtaletti.
4.30pm: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali mill-W.R. Kan. Claude Mifsud, Viċi Parroku.
6.00pm: Quddiesa Kantata mill-W.R. Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet.
7.30pm: Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Imexxi l-Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet.
8.45pm: Inawgurazzjoni tal-Infjorata fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa maħduma mill-voluntiera Rabtin Pawlini.
9.00pm: Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru tesegwixxi l-Programm Annwali fil-Pjazza tal-Parroċċa.
10.30pm: Logħob tan-nar tal-ajru.
11.30pm: Ħruq ta’ logħob tan-nar tal-art fuq iz-Zuntier tal-Parroċċa.
Il-Ħadd 19 ta’ Ġunju 2022: Jum is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm ta’ Kristu
6.00am: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali.
7.30am: Quddiesa għall-benefatturi.
9.00am: Quddiesa Solenni Konċelebrata u mmexxija mill-E.T. Mons. George Frendo OP, Arċisqof Emeritus ta’ Tirane-Durres fl-Albanija, akkumpanjat mir-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata, il-Kleru u r-Reliġjużi tal-Parroċċa.
10.15am: Purċissjoni Solenni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tal-Arċikonfraternità tas-Santissmu Sagrament, b’waqfa quddiem il-Knisja ta’ San Franġisk. Jakkumpanjaw it-tfal tal-Ewwel Tqarbina, 1st Rabat Scout Group u 7th Rabat Girl Guides. Il-Banda Konti Ruġġieru takkumpanja l-Purċissjoni b’innijiet sagri u Ewkaristiċi.
Minħabba l-Purċissjoni ma jkunx hemm Quddiesa fl-10.30am.
12.00pm: Quddiesa.
6.00pm: Quddiesa Solenni konċelebrata mmexxija mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta, akkumpanjat mir-Reverendissimu Kapitlu tal-Kolleġġjata u l-Kleru u Reliġjużi. Matulha jsir l-Għasar Solenni bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
7.15pm: Purċissjoni Solenni bis-Santissimu Sagrament, bis-sehem tal-Fratellanzi kollha tal-Parroċċa b’waqfiet quddiem il-Knisja ta’ Santa Marija ta’ Ġesù u l-Knisja San Mark. Xħin il-purċissjoni tasal fil-Pjazza tal-Parroċċa jkun hemm mument ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Sagramentat bis-sehem tat-Tfal mill-Parroċċa tagħna. Mad-dħul tal-Purċissjoni fil-Bażilika ssir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u Barka Sagramentali. Tieħu sehem il-Banda Konti Ruġġieru.
Waqt il-Purċissjonijiet ta’ filgħodu u filgħaxija jkun hemm ħruq ta’ murtali u murtaletti.
Il-Mużika fil-Festa ta’ Corpus Domini ser tkun tas-Surmast Carlo Diacono u titmexxa mill-Mro. Raymond Sciberras.
Jieħdu sehem il-Kor Bażilika San Pawl u elementi mill-Banda Konti Ruġġieru.
Matul il-jiem tat-Tridu ser ikun hawn saċerdoti disponibbli għall-Qrar fis-Sagristija u fil-Knisja ta’ San Publju.
It-Tlieta 21 ta’ Ġunju 2022
9:00am: Quddiesa fil-Bażilika għat-tfal li għamlu l-Ewwel Tqarbina li jattendu fl-iskola primarja tar-Rabat. Iqaddes il-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi.
5.30pm: Il-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru takkumpanja lill-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi mid-Dar Parrokkjali sal-Pjazza tal-Parroċċa. Hemmhekk issellem u tilqa’ lill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta bid-daqq tal-Innu Pontifiċju.
6.00pm Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tal-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi u sħabu Saċerdoti oħra, mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju 2022: Solennità tal-Qalb Imqaddsa ta’ Ġesù
6.00pm: Quddiesa fl-okkażjoni tal-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tal-W.R. Arċipriet Kan. Joseph Mizzi. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl.
AVVIŻI GĦALL-ĦADD 20 TA’ MARZU 2022
1. Għada/Illum il-Ħadd niċċelebraw it-Tielet Ħadd tar-Randan.
a) Minn nhar it-Tnejn sal-Ġimgħa wara l-Quddies tat-8.30am ikollna l-Eżerċizzi għal kulħadd. Predikatur Patri Clive Camilleri OFM.
b) Nhar it-Tlieta fis-6.30pm issir il-Laqgħa tal-Lectio Divina fil-Bażilika.
c) Nhar il-Ħamis wara l-Quddies tas-6.00pm issir Adorazzjoni fis-skiet.
d) Nhar il-Ġimgħa fis-7.00pm issir laqgħa għall-ġenituri tat-tfal li ser jirċievu l-ewwel Tqarbina fil-Bażilika – bit-tema – “Il-ħajja fil-Familja” mill-Arċipriet.
e) Nhar il-Ħadd 3 ta’ April mhux ser isir quddies filgħodu fil-Bażilika minħabba ż-żjara tal-Papa.
2. Il-Kummissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fi ħdan l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp tavża li illum/għada l-Ħadd u nhar il-Ħadd 10 t’April ser issir ir-reġistrazzjoni ta’ dawk li jixtiequ jieħdu sehem fil-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fir-Rabat. Dawk li huma nteressati għandhom imorru fil-Kunvent tal-Patrijiet ta’ Ġieżu’ fil-jiem imsemmija bejn id-9.30am u l-11.30am biex jinkitbu.