Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 02 TA’ OTTUBRU 2022

  1. Għada/Illum niċċelebraw is-27 Ħadd taż-Żmien matul is-Sena.
    • Illum l-ewwel Ħadd tax-Xahar issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika. Nirringrazzjawkom għal ġenerożità tagħkom.
  1. Minn għada t-Tnejn jerġa’ jibda l-katekizmu fiċ-Ċentru tan-Nigret kif ukoll fil-Museum tas-Subien. Fr John bagħat javza lill-ġenituri d-data u l-ħin li uliedhom iridu jattendu fihom waqt li s-Superjur javza li l-ġranet tad-duttrina fil-Museum taċ-Ċagħki huma t-Tlieta u l-Ġimgħa bejn s-5.45pm u s-6.30pm. Importanti ħafna li nibgħatu t-tfal għall-formazzjoni nisranija tagħhom.
  1. Minn għada t-Tnejn jibda jingħad ir-Ruzarju fil-Kappella ta’ Qasgħa fil-5.30pm mill-membri tal-Legion of Mary għax-xahar ta’ Ottubru. Ir-Ruzarju jingħad hawn fil-Bazilika wara l-Quddiesa tas-6am u quddiem Ġesu Espost fil-5.30pm.
  1. Għada t-Tnejn fis-6.45pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Liturġija.
  1. Nhar l-Erbgħa ser jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-Azzjoni Kattolika għan-Nisa wara l-waqfa tas-sajf. Il-Laqgħat isiru fiċ-Ċentru Pastorali.
  1. Nhar l-Erbgħa fis-7.00pm ssir il-laqgħa għall-Ġenituri u l-Parrini li uliedhom ser jirċievu s-Sagrament tal-Grizma tal-Isqof. Fis-6.30pm se jkun hawn is-saċerdoti disponibbli għall-Qrar.
  1. Nhar il-Ħamis fis-7.00pm issir il-Laqgħa tal-Kummissjoni Familja.
  1. Nhar il-Ġimgħa se ssir ċelebrazzjoni Marjana għat-tfal kollha fis-6.00pm Quddiesa fil-Bazilika u wara Ruzarju animat għat-tfal quddiem l-istatwa tal-Madonna restawrata mill-ġdid fuq iz-zuntier.
  1. Nhar is-Sibt fid-9.00am ssir il-prova għall-Adoloxxenti Bniet u fl-10.30am għall-Adoloxxenti Subien.
  1. Nhar is-Sibt filgħaxija ssir Pasta Night fiċ-Ċentru tan-Nigret.
  1. Nhar il-Ħadd fil-quddiesa tal-10.30am isir il-mandat tal-Katekisti. Nattendu lkoll flimkien biex nagħtu bidu għal din is-sena kateketika.
  2. Minn għada t-Tnejn ikompli t-tberik tal-familji tagħna f’dawn it-toroq:

It-Tnejn – Tal-Virtu u Pietru Caxaru

It-Tlieta – Godwin Ganado

Il-Ħamis – Francesco Azzopardi

Il-Ġimgħa – G. Caruana u C. Fiamingo

  1. Il-Ħadd 23 ta’ Ottubru ser issir Ħarġa għal San Pawl tal-Ħġejjeġ San Pawl il-Baħar. Tluq fit-3.30pm fejn ikollna quddiesa u wara high tea f’lukanda fil-viċin. Biljetti mill-Uffiċċju Parrokkjali.
  2. Id-distributuri tal-fuljett Flimkien huma ġentilment mitluba jiġbru l-fuljett mis-Sagristija. Grazzi bil-quddiem.
Tags: No tags

Comments are closed.