Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 1 TA’ DIĊEMBRU 2024

Is-Sibt 30 ta’ Novembru u l-Ħadd l-1 ta’ Diċembru Niċċelebraw l-Ewwel Ħadd tal-Avvent.

Dan il-week-end issir il-ġabra speċjali għall-Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.

Illum is-Sibt fis-7.00pm – Akkademja Mużika-Letterarja taħt ħarstek nistkennu taħt il-Patroċinju ta’ Mons. Ġorġ Frendo O.P. Arċisqof Emeritu ta’ Tirana-Durres bis-sehem tal-Banda Ċittadina u Popolari Konti Ruġġieru. Jieħu sehem il-Kor Bażilika San Pawl u s-Sopran Charlene Portelli.

It-Tnejn 2 ta’ Diċembru Fis-6.30pm fil-Mużew Wignacourt taħdita dwar l-arkitettura tal-koppla. Il-kelliem ser ikun il-Perit Herman Bonnici.
L-Erbgħa 4 ta’ Diċembru Fit-8:30am issir l-Adorazzjoni fil-Bażilika.

Wara l-Quddiesa tas-6.00pm ikollna l-Lectio Divina.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Diċembru Fil-5.30pm jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesù espost. Fis-6.00pm Quddiesa u fis-6.30pm  Taħdita storika – Ġrajja ta’ Koppla 1924. Din issir mill-Arkivista tal-Parroċċa s-Sur Joseph G. Scerri u ssir fil-Bażilika.
Is-Sibt 7 ta’ Diċembru Fis-6.00pm Quddiesa animata mill-Kummissjoni Liturġija. Fis-6.45pm Pellegrinaġġ Aux Flambeaux bl-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni bis-sehem tal-Arċikonfraternità tas-SS. u tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni. Il-Banda Konti Ruġġieru takkumpanja b’innijiet Marjani. Il-Pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-Toroq: Pjazza tal-Parroċċa, Bir-ir-Riebu, Emanuele Vitale, Santa Rita, ir-Rebħa, il-Kbira, l-Isptar, San Franġisk, Ġorġ Borg Olivier, San Publju, il-Kulleġġ u lura għall-Pjazza tal-Parroċċa.
Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru Solennità tal-Immakulata Kunċizzjoni. Fid-9.00am Quddiesa Kantata tal-festa bis-sehem tal-Fratellanza tal-Kunċizzjoni u tal-Kor Bażilika San Pawl. Wara l-Quddiesa tinkixef irħama kommemorattiva fuq iz-Zuntier tal-Bażilika.
  •Sa’ nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru qed tittella’ wirja fil-Mużew Wignacourt – ir-Rabat 1924 – Ġrajjet tlett Koppli. F’din il-wirja ser ikun hemm esebiti għadd ta’ ritratti, dokumenti u oġġetti nteressanti marbuta mal-ġrajja tal-koppla. Il-wirja tkun miftuħa kuljum mid-9.30am sal-5.00pm. Id-dħul għall-wirja biss ikun bla ħlas.

•Il-Komunità Parrokkjali ta’ Santa Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr għandha l-pjaċir tistedinkom għall-bidu tal-ħidma Pastorali ta’ Dun Sean Abela bħala Kappillan waqt Quddiesa mmexxija mill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Knisja Parrokkjali nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru 2024 fis-6.00pm. Wara jsir riċeviment fl-Oratorju Qalb Bla Tebgħa ta’ Marija fi Triq San Pawl. Min se jattendi jrid ikun f’postu fil-Knisja sal-5.30pm.

•Proċess tad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta 2025-2026. Nixtiequ ninfurmawkom li r-regolamenti għad-dħul fl-Iskejjel tal-Knisja f’Malta ġew ippubblikati. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-Website www.knisja.mt.

•Minn nhar il-Ġimgħa 6 sal-Ħadd 8 ta’ Diċembru qed tittella wirja ta’ Bambini Artistiċi fil-Mużew tal-Kunvent Patrijiet ta’ Santu Wistin. Ħinijiet 6/12: 7.00pm-11pm – 7/12: 9-11.30am u 7 u 11pm. 8/12: 4.00 sa 9.00pm.

•Open Day Dar ir-Rabtin – Uffiċċju tal-Kunsill Lokali – nhar il-Ħadd 8 ta’ Diċembru mill-10.00am sa Nofsinhar u mill-4.00pm sas-6.00pm. Kulħadd mistieden jiġi jara x-xogħolijiet li saru ġewwa l-binja tal-Kunsill.

Tags: No tags

Comments are closed.