- Għada/Illum niċċelebraw is-Solennità ta’ Marija Omm Alla.
- Għada/Illum fis-6.00pm Quddiesa Kantata bil-kant tal-Veni Creator bis-sehem tal-Kor Bażilika ta’ San Pawl.
- Għada/Illum ikun l-Ewwel tas-Sena issir il-ġabra għad-Dar tal-Providenza. Fejn il-bieb il-kbir issibu wkoll kaxxa għad-Dar tal-Providenza fejn tistgħu titfgħu d-donazzjoni tagħkom.
- Nhar il-Ħamis wara l-Quddies tas-6.00pm bħas soltu jkollna kwarta Adorazzjoni fis-skiet.
- Nhar il-Ġimgħa l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddiesa tas-6.00pm issir l-Adorazzjoni organizzata skond l-intenzjoni tal-Papa Franġisku.
- Navżawkom ukoll li nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fis-7.15pm se jkollna Kunċert tal-Epifanija hawnhekk fil-Bażilika tagħna mill-Joy Gospel Singers bis-sehem ukoll tal-Kor tat-tfal u tal-Parroċċa. Kulħadd mistieden għal dan il-kunċert.
- Nhar il-Ħadd 8 ta’ Jannar 2023 Solennità tal-Epifanija tal-Mulej. Fil-5.00pm Purċissjoni bis-Santissimu Sagrament organizzata mill-Arċikonfraternità tas-Sagrament li tgħaddi mill-Pjazza tal-Parroċċa, Katakombi, Ħal Bajjada, Rudolph Saliba, Ċagħki, Ferris Kola Xara, Kulleġġ, Pjazza tal-Parroċċa.Kif tidħol il-purċissjoni tingħata l-Barka Sagramentali. Fis-6.00pm Quddiesa Kantata bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl.
- Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt
- L-Arċipriet, il-Kapitlu, il-Kleru u l-Kunsill Parrokkjali jawguraw is-Sena t-tajba lil kulħadd.