Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 1 TA’ OTTUBRU 2023

Is-Sibt u l-Ħadd Niċċelebraw is-26   Ħadd ta’ Matul is-Sena.

Illum/Għada huwa l-ewwel Ħadd tax-Xahar għalhekk issir il-ġabra speċjali  għall-din l-Bażilika tagħna. Grazzi bil-quddiem tal-ġenerożità tagħkom.

 

Filwaqt li nirringrazzjaw lil Fr. Sean Abela tal-ħidma tiegħu fostna fil-Parroċċa tar-Rabat nawgurawlu ħafna għal ħidma ġdida tiegħu fil-Parroċċa tal-Imġarr. Għalhekk nhar il-Ħadd 8 ta’ Ottubru fis-6.00pm Fr. Sean ser imexxi quddiesa ta’ ringrazzjament lil Alla tal-ħidma Pastorali tiegħu fostna.

It-Tnejn 2 ta’ Ottubru Nibdew it-Tberik tad-djar f’dawn it-Toroq: Tal-Virtù, Pietru Caxaru, San Vinċenz Ferreri. Is-saċerdoti joħorġu għat-tberik fl-4.30pm.

Wara l-Quddies tat-8.00am l-Azzjoni Kattolika tan-Nisa tibda bil-laqgħat tagħhom wara l-waqfa tas-Sajf.

It-Tlieta 3 ta’ Ottubru Tberik f’dawn it-Toroq: Godwin Ganado u Francesco Azzopardi.
L-Erbgħa 4 ta’ Ottubru Wara l-Quddies tat-8.00am ikollna l-Adorazzjoni mit-8.30 sad- 9.00am.

Jibda s-Sinodu tal-Isqfijiet – nitolbu għall-Knisja biex il-Mulej jigwidha f’dan iż-żmien ta’ riflessjoni.

Il-Ħamis 5 ta’ Ottubru Jitkompla t-tberik f’dawn it-Toroq: Giovanni Caruana u  Carlo Fiamingo.
Nhar il-Ġimgħa 6 ta’ Ottubru L-ewwel Ġimgħa tax-Xahar wara l-Quddies tas-6.00pm ikollna l-Adorazzjoni skond il-fehma tal-Papa Franġisku.

Jibda l-Kors ta’ Kana fil-Parroċċa tagħna tajjeb li nitolbu għall-Għarajjes.

Avviżi oħra Ottubru huwa x-Xahar tar-Rużarju

Caritas Malta tavża li qed isir ġbir ta’ fondi għall-Marokk u l-Libja. Id-donazzjonijiet jistgħu jingħataw lill-Arċipriet.

Tista tara l-Avviżi f’aktar dettal fuq knisja.rabat.mt

Tags: No tags

Comments are closed.