Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ AWWISSU 2024

Is-Sibt 10 ta’ Awwissu l-Ħadd 11 ta’ Awwissu •Niċċelebraw id-Dsatax-il-Ħadd ta’ matul is-sena.
L-Erbgħa 14 ta’ Awwissu •Fit-8.30am issir Adorazzjoni.

•Filgħaxija nidħlu fis-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema ta’ Marija. Il-Quddies ikun bħal dak ta’ nhar ta’ Sibt u Ħadd (fl-4:30pm u fis-6pm).

Il-Ħamis 15 ta Awwissu •Solennità tat-Tlugħ is-Sema ta’ Santa Marija – Festa Kmandata.
Avviżi oħra: Tixtieq issir Abbati? Tfal subien minn 6 snin ‘l fuq. Min jixtieq isir Abbati jkellem lil Fr. Karl A. Schembri.

•Se ssir ħarġa oħra għal Għawdex nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Awwissu. Prezz (Trasport u ikel) Kbar €25 u Tfal €15. Ħlas tal-Vapur mhux inkluż. Biljetti mis-Sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali.

•Min għandu tfal bniet li jattendu l-Katekiżmu tal-Parroċċa, għandu jiġbor il-formola tal-applikazzjoni għas-Sena Kateketika 2024-2025 mis-Sagristija jew mill-Uffiċċju Parrokkjali. Din tgħodd għas-snin kollha u mhux għal min se jibda katekiżmu għall-ewwel darba.

•Se jerġa jsir il-Kors ta’ Kana fil-Parroċċa tagħna f’Ottubru li ġej. Dan jikkonsisti f’għaxar laqgħat kull nhar ta’ Ġimgħa fis-7:30pm. L-ewwel waħda tkun fl-4 ta’ Ottubru fiċ-Ċentru Pastorali fis-7:30pm. Min hu interessat jista’ japplika online fil-website Cana Movement: Marriage Courses October 2022 – Cana Movement

•Din is-Sena ser infakkru l-100 Sena minn  meta waqgħet il-Koppla li bi grazzja kbira ma’ miet ħadd. Il-Parroċċa tagħna għandha paġna b’aktar tagħrif dwar dak li ġara mitt sena ilu. Inħeġġukom biex tidħlu fuq din il-ħolqa u tagħmlu like ħalli ssegwu l-informazzjoni kollha. https://www.facebook.com/profile.php?id=61563830072615. Mitt sena ta’ grazzja fir-Rabat, Malta.

Tista’ tara l-avviżi f’aktar dettal fuq rabat.knisja.mt.

Tags: No tags

Comments are closed.