Avvizi Għall-ħadd

AVVIŻI GĦALL-ĦADD 11 TA’ ĠUNJU 2023

Is-Sibt u l-ĦaddNiċċelebraw is-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej.

L-Arċisqof iħabbar li d-dispensa li ngħatat minħabba l-Covid 2019 ser titneħħa mill-Ħadd 11 ta’ Ġunju 2023. Għalhekk dawk li jistgħu jattendu l-Quddiesa fil-knisja, il-quddiesa fuq it-televiżjoni mhix ser tibqa’ tgħodd għalihom.
It-Tnejn 12/06/23Jum it-Tfal tal-Ewwel Tqarbina li jattendu l-iskola primarja tar-Rabat.
9.30am Purċissjoni mill-Iskola Primarja għall-Bażilika u wara tiġi ċċelebrata Quddiesa.

Infakkru li mit-Tnejn 12 sal-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju, il-Quddies ta’ filgħaxija ser ikun fis-6.30pm u mhux 6pm.
It-Tlieta 13/06/2023Jum l-anzjani u l-morda Rabtin.
10.00am: Quddiesa ċċelebrata mill-Kan. Joseph Galea għall-anzjani u għall-morda Rabtin li jinsabu f’xi djar tal-anzjani fejn jiġi amministrat is-Sagrament tal-Griżma tal-Morda.
Din hija organizzata mill-Kummissjoni Djakonija u animata mill-Grupp Tiberija Familja.

7.00pm: Fil-Bażilika ssir Lejla Mużiko-Reliġjuża: L-Ewkaristija u San Tumas t’Akwinu.                 Jipparteċipaw ir-Rev. Dun Sean Abela u l-Kor Bażilika San Pawl. Kulħadd hu mistieden.
L-Erbgħa 14/06/2023L-ewwel jum tat-Tridu: L-Ewkaristija li tgħaqqadna: Jum il-Paċi
8.00am: Quddiesa bi ħsieb qasir fuq l-Ewkaristija.
8.30am: Espożiozzjoni tal-Ewkaristija sa 12.00pm u mill-4.00pm sas-6.00pm.
6.00pm: Rużarju quddiem Ġesù espost.
6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar.
Iqaddes il-Kan. Louis Farrugia u jipprietka l-Kan. Luke Cutajar.
Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir  Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.
Il-Ħamis 15/06/2023It-tieni jum tat-Tridu: L-Ewkaristija: ħobż għall-għixien: Jum il-Karità
Filgħodu jsir bħall-ġurnata ta’ qabel.
6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar. Iqaddes il-Kan. Joseph Cilia u jipprietka l-Kan. Luke Cutajar.
Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.
F’din il-Quddiesa ser jingħataw l-għotjiet ta’ ikel u donazzjonijiet il-Dar tal-Kleru.
Il-Ġimgħa 16/06/2023It-tielet jum tat-Tridu: L-Ewkaristija tiġborna biex nimxu wara Ġesù: Jum il-Fratellanzi
Filgħodu jsir bħall-ġurnata ta’ qabel.
6.30pm: Quddiesa kantata u konċelebrata bl-għasar. Iqaddes il-Kan. Timon Mercieca u jipprietka l-Kan. Joseph Mizzi, Arċipriet tar-Rabat.
Wara jitkanta l-Innu tat-Tridu, issir Ċelebrazzjoni Ewkaristika u tingħata l-Barka Sagramentali.
F’din il-Quddiesa ser issir il-professjoni tal-Fratelli u Konsorelli fi ħdan il-Fratellanzi.
Is-Sibt 17/06/2023Lejlet il-Festa Solenni tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej
8.00am: Quddiesa Solenni mmexxija mill-W.R. Kan. Michael Zammit flimkien mal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, bil-Kant tat-Te Deum bħala ringrazzjament lil Alla, bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. 4.30pm: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali minn Fr Frankie Cini MSSP.
6.00pm: Quddiesa tal-Komunità Parrokkjali mill- Kan. David Cilia bis-sehem tal-Kor Bażilika San Pawl. 7.00pm: Għasar Solenni, Ċelebrazzjoni Ewkaristika u fl-aħħar tingħata l-Barka Sagramentali.
8.45pm: Fuq iz-Zuntier tal-Bażilika, tiġi nawgurata l-Infjorata maħduma mill-voluntiera Rabtin Pawlini.
Il-Ħadd 18/06/2023Nhar il-Festa Solenni u Prinċipali tar-Rabat
9.00am: Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mill-W.R. Patri Allister M. Aquilina OFM Conv. akkumpanjat mill-Kapitlu tal-Kolleġġjata, il-Kleru u r-Reliġjużi tal-Parroċċa. Wara toħroġ il-Purċissjoni bis-Santissmu Sagrament bis-sehem tal-Kapitlu, Kleru, Reliġjużi, Abbatini, Arċikonfraternità tas-Ssmu Sagrament, Tfal tal-Ewwel Tqarbin, Rabat Scout Group u Rabat Girl Guides.
6.00pm: Quddiesa Solenni Konċelebrata mmexxija mir-Rev. Dun Joe Fsadni, bis-sehem tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata, Kleru u Reliġjużi. Matulha jsir l-Għasar Solenni. Ikanta l-Kor Bażilika San Pawl. Wara toħroġ il-Purċissjoni bis-Santissmu Sagrament bis-sehem tal-Kapitlu, Kleru, Reliġjużi, Abbatini, u tal-Fratellanzi tal-Bażilika.
Tags: No tags

Comments are closed.