1. Illum niċċelebraw is-Sitt Ħadd ta’ matul is-Sena.
2. Nhar il-Ħamis wara l-quddies ta’ filgħaxija jkollna l-Adorazzjoni fis-skiet.
3. Nhar il-Ġimgħa fis-7pm fil-Bazilika laqgħa għall-ġenituri li uliedhom se jirċievu s-Sagrament tal-Ewwel Tqarbina.
4. Nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm laqgħa għaż-żgħażagħ 18+
5. Wara t-terremot li seħħ fit-Turkija u s-Sirja din il-ġimgħa, f’kull knisja tar-Rabat se jinġabru ħwejjeġ, kutri u affarijiet oħra relatati ta’ kontra l-kesħa. Il-Kunsill Lokali mbagħad ser jiġborhom minn kull knisja tar-Rabat nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar filgħodu biex dawn l-oġġetti jinbagħtu mal-container lil dawn ħutna li għaddejjin minn dan iz-zmien difficli.
6. Nixtiequ ninfurmawkom li qed jintlaqgħu applikazzjonijiet online għad-dħul fl-iskejjel tal-Knisja f’Malta sat-28 ta’ Frar. Aktar informazzjoni fuq in-Notice Board u l-website www.knisja.mt
7. Tista’ tara l-avviżi tal-Parroċċa fuq rabat.knisja.mt